This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0608
Case C-608/14: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul Sibiu (Romania) lodged on 23 December 2014 — Elena Delia Pondiche v The Romanian State and Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
Kawża C-608/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit- 23 ta’ Diċembru 2014 – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
Kawża C-608/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit- 23 ta’ Diċembru 2014 – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
ĠU C 89, 16.3.2015, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
(Kawża C-608/14)
(2015/C 089/11)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elena Delia Pondiche
Konvenuti: Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
Domandi preliminari
1) |
Il-protezzjoni soċjali, id-drittijiet tal-tfal u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-tratttament u ta’ nondiskriminazzjoni ggarantiti mid-dritt Komunitarju taħt l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 24(1) u (2), l-Artikolu 34, l-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jillimitaw, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva u raġonevoli, l-ammont tal-allowance għal wild dipendenti skont id-data tat-twelid tal-wild u mhux skont id-data tal-konċepiment, minkejja li l-wild ikkonċepit jitqies li jeżisti, jekk jitwieled ħaj u vijabbli? |
2) |
Id-Digriet Liġi Nru 111/2010 jistabbilixxi miżura diskriminatorja bejn persuni li jinsabu f’sitwazzjoni identika, jiġifieri bejn l-ulied ikkonċepiti u mwielda sal-31 ta’ Diċembru 2010 u l-ulied ikkonċepiti sal-13 ta’ Diċembru 2010 u mwielda wara din id-data? |
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).