This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0557
Case C-557/14: Action brought on 4 December 2014 — European Commission v Portuguese Republic
Kawża C-557/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
Kawża C-557/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
ĠU C 46, 9.2.2015, p. 28–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/28 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-557/14)
(2015/C 046/35)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża C-530/07 (1), Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għal pagament ta’ penalità ta’ EUR 20 196 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-530/07, imsemmija iktar ’il fuq, mid-data li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża u sad-data meta tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-530/07, imsemmija iktar ’il fuq; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tħallas somma f’daqqa ta’ EUR 2 244 għal kull ġurnata, mid-data li fiha ngħatat is-sentenza fil-Kawża C-530/07, imsemmija iktar ’il fuq, sad-data li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sad-data meta tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-530/07, imsemmija iktar ’il fuq, jekk din l-eżekuzzjoni ssir qabel l-imsemmija deċiżjoni; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
I) |
Id-determinazzjoni tas-sanzjoni – għandha tibbaża ruħha fuq tliet kriterji: |
1 — |
Il-gravità tal-ksur – Il-Kummissjoni tipproponi koeffiċjent ta’ gravità ta’ 3, fuq skala minn 1 sa 20. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE (iktar ’il quddiem il-“Komunikazzjoni tal-2005”), il-Kummissjoni tikkalkola dan il-koeffiċjent billi tieħu l-punti li ġejjin inkunsiderazzjoni:
|
2 — |
It-tul tal-ksur – Fid-dawl tal-perijodu li ddekorra diġà minn meta ngħatat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tipproponi l-applikazzjoni tal-koeffiċjent massimu ta’ tul tal-ksur, jiġifieri 3. |
3 — |
Il-ħtieġa li jiġi żgurat l-effett dissważiv tas-sanzjoni – Kif ġie speċifikat fil-Komunikazzjoni tal-2005, l-effett dissważiv huwa meħud inkunsiderazzjoni permezz ta’ fattur “n” ugwali għal medja bbażata, minn naħa, fuq il-prodott gross domestiku tal-Istat Membru inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, fuq il-ponderazzjoni tal-voti fil-Kunsill. Il-fattur “n” attwalment applikabbli għar-Repubblika Portugiża huwa ta’ 3,40. |
II) Il-kalkolu tal-ammont tal-multa
a) |
Pagament ta’ penalità għal kull ġurnata ta’ dewmien
|
b) |
Somma f’daqqa
|
c) |
Eżami tas-somma f’daqqa minima
|
(1) EU:C:2009:292.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.