Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0553

    Kawża C-553/14 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Diċembru 2014 minn Kyocera Mita Europe BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis- 16 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-35/11, Kyocera Mita Europe BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/27


    Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 minn Kyocera Mita Europe BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-35/11, Kyocera Mita Europe BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-553/14 P)

    (2015/C 046/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Kyocera Mita Europe BV (rappreżentanti: P. De Baere, P. Muñiz, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla, b’mod sħiħ, id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħti fil-Kawża T-35/11;

    tiddikjara l-appell ammissibbli;

    tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni fuq l-aggravji sostantivi tal-appell;

    tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż ta’ din il-kawża u ta’ dik quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq żewġ aggravji:

    L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, meta kkonkludiet li r-Regolament “jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni” skont dik id-dispożizzjoni.

    It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt ta’ smigħ tal-appellanti, wettqet żball fil-karatterizzazzjoni legali tal-provi ppreżentati mill-appellanti, u alternattivament, żnaturat dawn il-provi.


    Top