Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62014CN0552

    Kawża C-552/14 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Diċembru 2014 minn Canon Europa NV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis- 16 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-34/11, Canon Europa NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 27/27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/27


    Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 minn Canon Europa NV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-34/11, Canon Europa NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-552/14 P)

    (2015/C 046/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Canon Europa NV (rappreżentanti: P. De Baere, avukat, P. Muñiz, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannula fl-intier tiegħu d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-31/11;

    tiddikjara l-appell ammissibbli;

    tirrinvijja l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq l-aggravji sostantivi tal-appell;

    tikundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk sostnuti quddiem il-Qori Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appell huwa bbażat fuq dawn iż-żewġ aggravji:

    Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, meta kkonkludiet li r-Regolament “kien jinvolvi miżuri ta’ implimentazzjoni” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

    Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti għal smigħ, wettqet apprezzament legali żbaljat dwar in-natura tal-provi prodotti mill-appellanti, u alternattivament żnaturat tali provi.


    Arriba