Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62014CN0550

    Kawża C-550/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit- 28 ta’ Novembru 2014 – Envirotec Denmark ApS vs Skatteministeriet

    ĠU C 56, 16.2.2015, s. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Novembru 2014 – Envirotec Denmark ApS vs Skatteministeriet

    (Kawża C-550/14)

    (2015/C 056/11)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Østre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Envirotec Denmark ApS

    Konvenut: Skatteministeriet

    Domanda preliminari

    Ingotti komposti minn liega rozza u alleatorja ta’ skart ta’ diversi oġġetti tal-metall li fihom id-deheb jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “materjal tad-deheb jew prodotti semi-manifatturati” għall-finijiet tal-Artikolu 198(2) tad-Direttiva tal-VAT (1)?

    Wieħed jista’ jitlaq mill-prinċipju li l-ingotti huma komposti minn liega rozza u temporanja ta’ skart ta’ diversi oġġetti tal-metall li fihom id-deheb u li l-ingotti jista’ jkun fihom ukoll materjali organiċi, pereżempju snien, kawċu, PVC u metalli/materjali bħal pereżempju r-ram, il-landa, in-nikil, l-amalgama, fdal ta’ batteriji bil-merkurju u ċ-ċomb kif ukoll diversi sustanzi tossiċi, eċċ. Għalhekk inkwistjoni ma kienx hemm prodott li fih id-deheb li qiegħed jiġi direttament ipproċessat fi prodott lest. Min-naħa l-oħra, l-ingott huwa prodott ipproċessat (liega), li – inkwantu stadju intermedju – ġie mmanifatturat bil-għan li minnu jiġi estratt id-deheb li jinsab fih. L-ingotti kellhom kontenut għoli ta’ deheb, medjament minn 500 sa 600 minn kull elf tal-piż u għalhekk nettament ogħla mit-325 minn kull elf ta’ deheb. Wara l-estrazzjoni, il-kontenut f’deheb jintuża għall-manifattura ta’ prodotti (tad-deheb/li fihom id-deheb).

    Fir-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ wkoll titlaq mill-prinċipju li l-ingotti ma jistgħux jiġu integrati direttament fi prodotti oħra għaliex dawn għandhom minn qabel jiġu suġġetti għal trattament li matulu l-metalli jiġu sseparati u fejn l-elementi mhux metalliċi, is-sustanzi ħżiena għas-saħħa u sustanzi oħra jitneħħew billi jinħallu/billi jiġu estratti.


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Op