Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0542

    Kawża C-542/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis- 27 ta’ Novembru 2014 – SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un Ko” ), SIA “Ausma grupa” u SIA “Pārtikas kompānija” vs Konkurences padome

    ĠU C 56, 16.2.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un Ko”), SIA “Ausma grupa” u SIA “Pārtikas kompānija” vs Konkurences padome

    (Kawża C-542/14)

    (2015/C 056/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un Ko”), SIA “Ausma grupa” u SIA “Pārtikas kompānija”

    Konvenut: Konkurences padome

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġi ddikkjarat li impriża tkun ipparteċipat fi ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, għandu jiġi pprovat aġir personali ta’ diriġent tal-impriża jew tal-fatt li dan kien jaf dwar, jew ikkonsenta, għal aġir ta’ persuna li kienet tipprovdi servizzi esterni għall-impriża filwaqt li taġixxi f’isem parteċipanti oħra għall-eventwali akkordju?


    Top