Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0528

    Kawża C-528/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 56, 16.2.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-528/14)

    (2015/C 056/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: X

    Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

    Domandi preliminari

    1)

    Ir-Regolament Nru 1186/2009 (1) jinkludi l-possibbiltà li persuna fiżika jkollha, fl-istess ħin, ir-residenza normali tagħha kemm fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz u, jekk dan huwa l-każ, l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tapplika għall-proprjetà personali li ġew ittrasferiti fl-Unjoni Ewropea meta [din il-persuna fiżika] ma jibqax ikollha r-residenza normali tagħha fil-pajjiż terz?

    2)

    Jekk ir-Regolament Nru 1186/2009 jeskludi li jkun hemm residenza normali doppja u jekk evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha ma tkunx suffiċjenti sabiex tiġi ddeterminata r-residenza normali, liema regola jew liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, f’liema pajjiż il-persuna kkonċernata għandha r-residenza normali tagħha f’każ bħal dak f’din il-kawża fejn din tal-aħħar għandha kemm rabtiet personali kif ukoll rabtiet professjonali fil-pajjiż terz u rabtiet personali fl-Istat Membru?


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, p. 23).


    Top