This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0461
Case C-461/14: Action brought on 7 October 2014 — European Commission v Kingdom of Spain
Kawża C-461/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
Kawża C-461/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
ĠU C 462, 22.12.2014, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/16 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-461/14)
(2014/C 462/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u D. Loma-Osorio Lerena, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337/KEE (1) kif emendata bid-Direttivi 97/11/KE (2) u 2003/35 (3) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2009/147/KE (4) dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi sad-29 ta’ Lulju 2008, data li fiha s-sit ġie ddikjarat bħala ŻPS, u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KE (5) dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u tal-flora, mid-data li fiha s-sit ġie ddikjarat bħala żona ŻPS. |
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-avvenimenti jiffukaw fuq il-proġett ta’ linja tal-ferrovija ta’ veloċità għolja ġdida bejn Sevilla u Almería, sezzjonijiet “Marchena-Osuna I”, “Marchena-Osuna II” u “Variante de Osuna”, u l-possibbiltà ta’ applikazzjoni ħażina mill-awtoritajiet Spanjoli tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar l-istima tal-effetti fuq l-ambjent, tad-Direttiva dwar l-għasafar selvaġġi u tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Din il-konklużjoni tintlaħaq b’riferiment partikolari għall-kundizzjonijiet potenzjali tax-xogħol u tar-rabta operattiva ulterjuri tal-ferrovija li fl-Andalucía tgħaddi miż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali għall-għasafar (ŻPS) ta’ Campiñas de Sevilla li ma ġietx indirizzata b’mod adegwat fl-opinjoni tal-Kummissjoni.
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/337/CEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248
(2) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ĠU L 20, p. 7
(3) Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466
(4) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ĠU L 20, p. 7
(5) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102