Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0384

    Kawża C-384/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n ° 44 de Barcelona (Spanja) fil- 11 ta’ Awwissu 2014 – Alta Realitat S.L. vs Erlock Films y Ulrich Thomsen

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 44 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Alta Realitat S.L. vs Erlock Films y Ulrich Thomsen

    (Kawża C-384/14)

    2014/C 388/04

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de Primera Instancia no 44 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Alta Realitat S.L.

    Konvenuti: Erlock Films u Ulrich Thomsen

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali adita tista’, abbażi tal-elementi kollha li hija għandha, tiddetermina jekk id-destinatarju ta’ att jafx il-lingwa li fiha dan l-att huwa redatt?

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

    2)

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-qorti nazzjonali adita tkun iddeċidiet, abbażi tal-elementi kollha li hija għandha, li d-destinatarju ta’ att jaf il-lingwa li fiha dan l-att huwa redatt, l-uffiċjal li jwettaq in-notifika ma għandux joffrilu l-possibbiltà li jirrifjuta li jirċievi dan l-att?

    3)

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk id-destinatarju ta’ notifika jirrifjutaha minħabba li d-dokument huwa redatt f’lingwa speċifika filwaqt li l-qorti adita tkun iddikjarat li din il-persuna kellha għarfien suffiċjenti tal-imsemmija lingwa, ir-rifjut tad-dokument ma huwiex iġġustifikat u l-qorti adita tista’ tapplika l-konsegwenzi previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ oriġini għal dan it-tip ta’ rifjut mhux iġġustifikat u saħansitra, jekk dan ikun previst mir-regoli proċedurali tal-Istat ta’ oriġini, tista’ tiddikjara li d-dokument ġie nnotifikat lid-destinatarju tiegħu?


    (1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).


    Top