EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0383

Kawża C-383/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil- 11 ta’ Awwissu 2014 – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International

ĠU C 361, 13.10.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International

(Kawża C-383/14)

2014/C 361/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Konvenuta: Société Sodiaal International

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (1), li bis-saħħa tagħhom il-preskrizzjoni tinkiseb sa mhux iktar tard mill-jum li fih jiskadi terminu ekwivalenti għal terminu doppju ta’ preskrizzjoni mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjoni, ħlief fil-każ li l-proċedura amministrattiva tkun ġiet sospiża skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, japplikaw esklużivament fil-każ li l-awtorità kompetenti ma tkun imponiet l-ebda sanzjoni, fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament, fl-iskadenza ta’ terminu ekwivalenti għal terminu doppju ta’ preskrizzjoni, jew japplikaw ukoll fil-każ tal-assenza ta’ miżura ammnistrattiva, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament, meħuda f’dan it-terminu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 [ta’] Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


Top