Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0379

    Kawża C-379/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 7 ta’ Awwissu 2014 – TOP Logistics BV & Van Caem International BV vs Bacardi & Co. Ltd & Bacardi International Ltd

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – TOP Logistics BV & Van Caem International BV vs Bacardi & Co. Ltd & Bacardi International Ltd

    (Kawża C-379/14)

    2014/C 388/02

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Gerechtshof Den Haag

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: TOP Logistics BV, Van Caem International BV

    Konvenuti: Bacardi & Co. Ltd, Bacardi International Ltd

    Domandi preliminari

    Dawn id-domandi jikkonċernaw merkanzija li toriġina barra miż-ŻEE li, wara li tkun iddaħħlet fit-territorju taż-ŻEE (mhux mill-proprjetarju tat-trade mark u lanqas bil-kunsens tiegħu), tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern jew taħt il-proċedura ta’ ħażna fl-imħażen doganali [fis-sens tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2913/92 (1) (ir-Regolament il-qadim) u r-Regolament (KE) Nru 450/2008 (2)] fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

    1)

    Fejn tali merkanzija hija sussegwentement, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, imqiegħda taħt proċedura ta’sospensjoni tad-dazji tas-sisa, din għandha tkun ikkunsidrata bħala importata fis-sens tal-Artikolu 5(3)(ċ) tad-Direttiva 89/104/CEE (3) (li saret id-Direttiva 2008/95/CE (4)), fis-sens li tikkonċerna “[użu tas-sinjal] fl-eżerċizzju tal-kummerċ” li jista’ jiġi pprojbit mill-proprjetarju tat-trade mark skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva?

    2)

    Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, is-sempliċi preżenza ta’ tali merkanzija fi Stat Membru (imqiegħda taħt proċedura ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa f’dak l-Istat Membru) ma taffettwax jew ma tkunx tista’ taffettwa l-funzjonijiet tat-trade mark, b’tali mod li l-proprjetarju ta’ din it-trade mark li jinvoka drittijiet ta’ trade mark nazzjonali f’dak l-Istat Membru ma jkunx jista jopponi din il-preżenza?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

    (2)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, p. 1).

    (3)  L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).

    (4)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 299, p. 25).


    Top