Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0273

    Kawża C-273/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil- 5 ta’ Ġunju 2014 – Pierre Fabre Médicament vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat, Ministre des affaires sociales et de la santé

    ĠU C 282, 25.8.2014, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Pierre Fabre Médicament vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat, Ministre des affaires sociales et de la santé

    (Kawża C-273/14)

    2014/C 282/29

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Pierre Fabre Médicament

    Konvenuti: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat, Ministre des affaires sociales et de la santé

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-punti 3 u 5 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (1), għandhom japplikaw għad-deċiżjonijiet ta’ tneħħija ta’ speċjalità mil-lista tal-mediċi mogħtija lill-pazjenti li jiġu rikoverati fi stabbiliment tas-saħħa li jistgħu jiġu koperti mill-iskemi obbligatorji ta’ assigurazzjoni tal-mard flimkien mas-servizzi ta’ rikoveru mħallsa fil-kuntest ta’ pakkett ta’ soġġorn u ta’ kura stabbiliti għal gruppi omoġenji ta’ persuni morda?


    (1)  ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345.


    Top