Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0263

    Kawża C-263/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Mejju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 235, 21.7.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 235/11


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-263/14)

    2014/C 235/16

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, A. Caiola, M. Allik, aġenti)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija (1);

    tordna li l-effetti tad-deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK, tal-10 ta’ Marzu 2014, jinżammu sakemm tiġi ssostitwita;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Parlament Ewropew isostni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija ma hijiex valida għaliex ma tirrigwardax esklużivament lill-politika barranija u ta’ sigurtà komuni, kif jipprovdi espressament it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) TFUE.

    Il-Parlament Ewropew iqis li l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija jirrigwarda wkoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija u għalhekk ikopri oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    Konsegwentement, dan il-ftehim kellu jiġi konkluż fuq il-bażijiet legali sostantivi tal-Artikolu 37 TFUE u tal-Artikoli 82 u 88 TFUE, wara approvazzjoni mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(6)(a) TFUE.

    Għal dan il-motiv, il-Kunsill kiser it-Trattati billi ma għażilx il-bażi legali x-xierqa għall-konklużjoni tal-ftehim.

    Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew iqis li l-Kunsill kiser l-Artikolu 218(10) TFUE għaliex ma informax lill-Parlament Ewropew b’mod sħiħ u mill-ewwel fl-istadji kollha tan-negozjati u dwar il-konklużjoni tal-ftehim.

    Fl-ipoteżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew jipproponi tal-inqas li hija teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex iżżomm l-effetti tagħha, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE sal-mument li tiġi ssostitwitha.


    (1)  ĠU L 108, p. 1


    Top