Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0236

    Kawża C-236/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

    ĠU C 212, 7.7.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 212/22


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

    (Kawża C-236/14)

    2014/C 212/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Herrmann, L. Armati, aġenti)

    Konvenuta: L-Irlanda

    Talbiet

    tikkonstata li billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet sabiex tittrasponi d-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 2(f), (h), (m), (n) u (o), u l-obbligi pprovduti fl-Artikolu 3(2) u (4), fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 13(1)(a) sa (e), fl-Artikolu 15(6)(e), fl-Artikolu 16(1), (3), (5), (6), u t-tieni sentenza ta’ (7), u (8) fl-Artikolu 17(1) sa (5), fl-Artikolu 17(6), dwar il-bijolikwidi, fl-Artikolu 17(8) fl-Artikolu 18(1) u (3), dwar il-bijolikwidi, fl-Artikolu 18(7), fl-Artikolu 19(1) u (3), fit-tieni sentenza tal-Artikolu 21(1), u fl-Annessi II sa V u VII tad-Direttiva 2009/28/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 27(1) ta’ din id-direttiva;

    tikkundanna lill-Irlanda, skont l-Artikolu 260(3) TFUE għall-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 25  447.50 kull jum, li jibdew jiddekorru mill-għoti tas-sentenza u li għandhom jitħallsu lill-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jinnotifika miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva adottata taħt proċedura leġiżlattiva; u

    tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-5 ta’ Diċembru 2010.


    (1)  ĠU L 140, p. 16.


    Top