Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0222

    Kawża C-222/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis- 7 ta’ Mejju 2014 – Konstantinos Maïstrellis vs Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

    ĠU C 235, 21.7.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 235/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Mejju 2014 – Konstantinos Maïstrellis vs Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

    (Kawża C-222/14)

    2014/C 235/11

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Konstantinos Maïstrellis

    Konvenut: Ypourgos Dikaiosynis Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton [Ministru tal-Ġustizzja, tat-Trasparenza u tad-Drittijiet tal-Bniedem]

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/34/CE (1) u 2006/54/CE (2), sa fejn huma applikabbli fil-kawża prinċipali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħad-dispożizzjoni inkwistjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(3) tal-Liġi 3528/2007, li jipprovdu li jekk il-mara ta’ uffiċjal pubbliku ma taħdimx jew ma teżerċita ebda professjoni, żewġha ma għandux dritt għal leave parentali, sakemm, minħabba mard serju jew diżabbiltà, hija titqies li ma hijiex kapaċi tissodisfa l-bżonnijiet relatati mat-trobbija ta’ wild?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285).

    (2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (GU L 204, p. 23).


    Top