Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0217

    Kawża C-217/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

    ĠU C 223, 14.7.2014, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 223/6


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

    (Kawża C-217/14)

    2014/C 223/09

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Flynn, K. Herrmann, aġenti)

    Konvenuta: L-Irlanda

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li, fir-rigward tad-Direttiva 2009/72/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, l-Irlanda naqset milli tadotta sa mhux iktar tard mit-3 ta’ Marzu 2011 id-dispożizzjonijiet li jitrasponu d-definizzjonijiet tal-punti 8, 18, 21, 22, 32, 33 u 34 tal-Artikolu 2 tagħha u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi (1) sa (7) u (12) tal-Artikolu 9 tagħha flimkien mal-paragrafu (11) tal-Artikolu 9, fit-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 16 kif ukoll il-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 16, fit-tieni sentenza tal-Artikolu 38(1) tagħha, fil-paragrafi (1), (4) u (8) tal-Artikolu 39 tagħha, u fil-paragrafi (1) sa (3), (5) u (7) tal-Artikolu 40 tagħha jew, fi kwalunkwe każ, naqset li tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri, u b’hekk l-Irlanda naqset milli twettaq obbligu tagħha taħt l-Artikolu 49(1) ta’ din id-direttiva;

    timponi pagamenti ta’ penalità fuq l-Irlanda skont l-Artikolu 260(3) TFUE fl-ammont ta’ EUR 20  358 kuljum, fis-seħħ mid-data tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u pagabbli fil-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri li jitrasponu d-direttiva adottata skont il-proċedura leġiżlattiva; u

    tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


    (1)  ĠU L 211, p. 55


    Top