Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0201

    Kawża C-201/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit- 22 ta’ April 2014 – Smaranda Bara et vs Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (CNAS), Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)

    ĠU C 223, 14.7.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 223/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-22 ta’ April 2014 – Smaranda Bara et vs Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (CNAS), Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)

    (Kawża C-201/14)

    2014/C 223/07

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Cluj

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Smaranda Bara et

    Konvenuti: Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (CNAS), Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)

    Domandi preliminari

    1)

    L-awtorità fiskali nazzjonali bħala rappreżentanta tal-ministeru kompetenti ta’ Stat Membru, hija istituzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 124 TFUE?

    2)

    It-trasferiment tal-bażi ta’ data dwar id-dħul irċevut miċ-ċittadini ta’ Stat Membru, mill-awtorità fiskali lejn istituzzjoni oħra tal-imsemmi Stat Membru, jista’ jiġi rregolat permezz ta’ att simili għall-atti amministrattivi, jiġifieri permezz ta’ protokoll konkluż bejn l-awtorità fiskali nazzjonali u istituzzjoni oħra tal-Istat, mingħajr ma dan ikun jikkostitwixxi aċċess privileġġat, hekk kif iddefinit fl-Artikolu 124 TFUE?

    3)

    It-trasferiment tal-bażi ta’ data bil-għan li jitqiegħed oneru ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali fuq iċ-ċittadini ta’ Stat Membru, fir-rigward tal-istituzzjoni tal-Istat Membru li favuriha sar dan it-trasferiment, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ kunsiderazzjonijiet prudenzjali fis-sens tal-Artikolu 124 TFUE?

    4)

    Id-data personali tista’ tiġi pproċessata minn awtorità li ma kinitx destinatarja tal-imsemmija data, fiċ-ċirkustanzi fejn din it-tranżazzjoni retroattivament toħloq danni patrimonjali?


    Top