Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0188

    Kawża C-188/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n °58 de Madrid (Spanja) fil- 15 ta’ April 2014 – Juan Pedro Ludeña Hormigos vs Banco de Santander, S.A.

    ĠU C 223, 14.7.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 223/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 58 de Madrid (Spanja) fil-15 ta’ April 2014 – Juan Pedro Ludeña Hormigos vs Banco de Santander, S.A.

    (Kawża C-188/14)

    2014/C 223/04

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de Primera Instancia no 58 de Madrid.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Juan Pedro Ludeña Hormigos

    Konvenuta: Banco de Santander, S.A.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 22(1) tal-Liġi 16/09 tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar is-servizzi ta’ ħlas, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju sa fejn jippermetti lil istituzzjoni bankarja li timponi u/jew iżżid l-ispiża tas-servizzi u b’hekk tbiddel il-kundizzjonijiet inizzjalment miftiehma?

    2)

    Il-fatt li l-utent jista’ jirrexindi kuntratt mingħajr ma jeħel spejjeż jagħtih protezzjoni suffiċjenti?

    3)

    Huma validi l-klawżoli kuntrattwali, konklużi mill-partijiet, li jippermettu aġir b’mod konformi mad-dispożizzjoni ċċitata fl-ewwel domanda?

    4)

    Fl-aħħar nett, u fil-każ fejn ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun pożittiva, it-terminu ta’ notifika ta’ xahrejn huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju?


    Top