EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0182

Kawża C-182/14 P: Appell ippreżentat fil- 11 ta’ April 2014 minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl- 4 ta’ Frar 2014 fil-Kawżi T-604/11 u T-292/12 – Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 223, 14.7.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/3


Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-4 ta’ Frar 2014 fil-Kawżi T-604/11 u T-292/12 – Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-182/14 P)

2014/C 223/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (rappreżentanti: A. Nordemann, M. C. Maier, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 sa fejn tikkonċerna l-Kawża T-292/12,

jekk ikun meħtieġ, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq aggravju wieħed, fejn issostni ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1) tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

Speċifikatament, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi:

1)

billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, jew tal-inqas issemmi, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, li t-trade mark preċedenti, MAGNET 4, tikkonsisti fin-numru “4”;

2)

billi fil-punti 22 u 25 tas-sentenza tagħha, ikkunsidrat l-element MAGNET bħala l-element dominanti tat-trade mark preċedenti MAGNET 4;

3)

billi fil-punt 25 applikat kriterji differenti fl-evalwazzjoni tax-xebh fonetiku u viżiv tas-sinjali MAGNET 4 u MAGNEXT;

4)

billi fil-punt 35 ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, il-probabbiltà ta’ konfużjoni, l-interdipendenza tal-fatturi relevanti, b’mod partikolari l-livell baxx tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti, MAGNET 4, in-nuqqas ta’ xebh konċettwali tas-sinjali MAGNET 4 u MAGNEXT, u l-grad baxx ta’ xebh fonetiku u viżiv tas-sinjali;

5)

billi fil-punt 35 ma pprovdietx raġunijiet sostantivi, fir-rigward tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali MAGNET 4 u MAGNEXT.


(1)  ĠU L 78. p. 1


Top