Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0143

Kawża C-143/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis- 26 ta’ Marzu 2014 – TMK Europe GmbH vs Hauptzollamt Frankfurt (Oder)

ĠU C 235, 21.7.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Marzu 2014 – TMK Europe GmbH vs Hauptzollamt Frankfurt (Oder)

(Kawża C-143/14)

2014/C 235/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TMK Europe GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Frankfurt (Oder)

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-17 ta’ Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (1) huwa invalidu sa fejn il-Kummissjoni, bi ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli għad-determinazzjoni tal-ħsara stabbiliti fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), ippreżumiet l-eżistenza ta’ tali ħsara mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni adottat, b’mod partikolari skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta’ Frar 1962, L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), deċiżjoni mhux ippubblikata, tal-25 ta’ Novembru 1994 (Każ IV/35.304) li tiftaħ investigazzjoni dwar il-possibbiltà tal-eżistenza ta’ prattiki antikompetittivi fis-settur tal-pajpijiet tal-azzar mhux liga li possibbilment jiksru l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3) u l-Artikolu 81 KE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 329.

(2)  ĠU L 56, p. 1.


Top