EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0140

Kawża C-140/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

ĠU C 184, 16.6.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/13


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-140/14)

2014/C 184/17

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u M. Žebre)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tas-Slovenja, peress li ma adottatx minn April 2009 miżuri suffiċjenti sabiex tipprevjeni u tneħħi il-ħażna ta’ 13 600 m3 ta’ terrapien tat-tħaffir, li minnhom 7 605,73 m3 jikklassifikaw bħala skart li jaqa’ taħt n-numru 17 05 06 (materjal tat-tħaffir li ma jaqax taħt in-numru 17 05 05) u bejn wieħed u ieħor 6 000 m3 jikklassifikaw bħala skart li jaqa’ taħt in-numru 17 05 05* (materjal tat-tħaffir li jinkludi sustanzi perikolużi), fil-post fejn qed isiru x-xogħlijiet ta’ bini tal-infrastruttura komunali għaż-żona kummerċjali ta’ Gaberje-jug, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 12, 13, 15(1), 17 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE (1), u tal-Artikoli 5(3)(e), 6 – flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (2) – 7, 8, 9, 11 u 12 tad-Direttiva 1999/31/KE (3), kif ukoll tal-Annessi I, II, III ta’ din tal-aħħar;

tiddikjara li r-Repubblika tas-Slovenja, meta awtorizzat il-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir – jiġifieri attività li tkopri ġbir ta’ skart – fuq il-biċċa ta’ art Nru 115/1 fil-katast tal-muniċipalità ta’ Teharje, mingħajr ma tat garanzija li f’dan il-post ma kienx preċedentement jew fl-istess ħin ġie maħżun skart ieħor, u mingħajr ma adottat miżuri għat-tneħħija tal-iskart li ma għandux permess li jitpoġġa f’dan il-post, li jikkwalifika bħala radam illegali, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart, u tal-Artikoli 5(3)(e), 6 – flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE – 7, 8, 9, 11 u 12 tad-Direttiva 1999/31/KE, kif ukoll tal-Annessi I, II, III ta’ din tal-aħħar;

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tas-Slovenja, billi ma adottatx minn April 2009 miżuri suffiċjenti sabiex tipprevjeni u tneħħi l-ħażna ta’ 13 600 m3 ta’ art tat-tħaffir, li minnhom 7 605,73 m3 jikklassifikaw bħala skart li jaqa’ taħt n-numru 170 506 (materjal tat-tħaffir li ma jaqax taħt in-numru 170 505) u bejn wieħed u ieħor 6 000 m3 jikklassifikaw bħala skart li jaqa’ taħt in-numru 170 505* (materjal tat-tħaffir li jinkludi sustanzi perikolużi), fil-post fejn qed isiru x-xogħlijiet ta’ bini tal-infrastruttura komunali għaż-żona kummerċjali ta’ Gaberje-jug, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 12, 13, 15(1), 17 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, u tal-Artikoli 5(3e), 6 – flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE – 7, 8, 9, 11 u 12 tad-Direttiva 1999/31/KE, kif ukoll tal-Annessi I, II, III ta’ din tal-aħħar. Barra minn hekk, ir-Repubblika tas-Slovenja, meta awtorizzat il-ħażna tal-art tat-tħaffir – jiġifieri attività li tkopri ġbir ta’ skart – fuq il-biċċa ta’ art Nru 115/1 tal-katast fil-muniċipalità ta’ Teharje, mingħajr ma tat garanzija li f’dan il-post ma kienx preċedentement jew fl-istess ħin inħażen skart ieħor, u mingħajr ma adottat miżuri għat-tneħħija tal-iskart li ma għandux permess li jitpoġġa f’dan il-post, li jikkwalifika bħala radam illegali, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart, u tal-Artikoli 5(3)(e), 6 – flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE – 7, 8, 9, 11 u 12 tad-Direttiva 1999/31/KE, kif ukoll tal-Annessi I, II, III ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 314.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228.


Top