EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0122

Kawża C-122/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n 5 de Cartagena (Spanja) fl- 14 ta’ Marzu 2014 – Aktiv Kapital Portfolio Invesment vs Angel Luis Egea Torregrosa

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n 5 de Cartagena (Spanja) fl-14 ta’ Marzu 2014 – Aktiv Kapital Portfolio Invesment vs Angel Luis Egea Torregrosa

(Kawża C-122/14)

2014/C 159/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia n 5 de Cartagena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aktiv Kapital Portfolio Invesment

Konvenut: Angel Luis Egea Torregrosa

Domanda preliminari

Id-Direttiva 93/13/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-ordinament ġuridiku Spanjol li ma tippermettix li jiġi mistħarriġ ex officio ad limine litis, fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni sussegwenti, it-titolu eżekuttiv ġudizzjarju – digriet mogħti mill-qorti li jtemm il-proċeduri għall-ordni ta’ ħlas fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni – sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratt li wassal għal dan id-digriet li intalbet l-eżekuzzjoni tiegħu, peress li d-dritt nazzjonali jikkunsidra li hija saret res judicata, id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 551, 552 u 816(2) tal-LEC?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


Top