Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0118

    Kawża C-118/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit- 12 ta’ Marzu 2014 – Peggy Kieck vs Condor Flugdienst GmbH

    ĠU C 184, 16.6.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2014 – Peggy Kieck vs Condor Flugdienst GmbH

    (Kawża C-118/14)

    2014/C 184/15

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Rüsselsheim

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Peggy Kieck

    Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

    Domandi preliminari

    1.

    Id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) jeżisti wkoll fil-każ fejn it-titjira rriżervata titlaq b’dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat, fejn kumpannija tal-ajru oħra twassal lill-passiġġier permezz ta’ rotta differenti u fejn id-dewmien tal-wasla fid-destinazzjoni huwa għalhekk sostanzjalment imnaqqas iżda fejn it-titjira inizjalment irriżervata u t-titjira l-oħra jaslu t-tnejn li huma fid-destinazzjoni inizjali b’dewmien ferm ikbar minn tliet sigħat?

    2.

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: huwa determinanti li t-terminu ta’ ħames sigħat indikat fl-Artikolu 6(1)(iii) għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament, ikun jew ma jkunx skada?

    3.

    Il-kwistjoni dwar jekk il-passiġġier innifsu wettaqx il-bidla tar-riżervazzjoni inizjali jew jekk din il-bidla saritx bl-għajnuna tal-konvenut hija rilevanti?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top