This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0100
Case C-100/14 P: Appeal brought on 28 February 2014 by the European Medical Association Asbl (EMA) against the judgment of the General Court (Second Chamber) delivered on 11 December 2013 in Case T-116/11 European Medical Association v European Commission
Kawża C-100/14 P: Appell ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2014 mill-European Medical Association Asbl (EMA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil- 11 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-116/11, European Medical Association vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-100/14 P: Appell ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2014 mill-European Medical Association Asbl (EMA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil- 11 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-116/11, European Medical Association vs Il-Kummissjoni Ewropea
Information about publishing Official Journal not found, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/14 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 mill-European Medical Association Asbl (EMA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-116/11, European Medical Association vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-100/14 P)
2014/C 129/18
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: European Medical Association Asbl (EMA) (rappreżentanti: A. Franchi, L. Picciano, G. Gangemi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea T-116/11 mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2013 u tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-EMA appellat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mis-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2013, Kawża T-116/11, fil-partijiet li fihom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-EMA, ippreżentat skont l-Artikoli 268, 272 u 340 TFUE, intiż li jikseb ir-rimbors tal-ispejjeż tal-persunal tal-kuntratti 507760 Dicoems u 507126 Cocoon.
Insostenn tal-appell l-EMA tinvoka dawn l-aggravji:
|
L-ewwel aggravju. Interpretazzjoni żbaljata tal-klawżoli kuntrattwali u tad-dispożizzjonijiet legali u evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-mezzi ta’ prova. L-EMA tqis li s-sentenza hija vvizzjata b’interpretazzjoni żbaljata tal-klawżoli kuntrattwali u tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli kif ukoll b’evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-mezzi ta’ prova billi qieset li l-Kummissjoni kienet korrettament iddeduċiet li l-ispejjeż iffatturati, iżda li għadhom ma tħallsux, ma kinux ġew sostnuti mill-EMA u lanqas irreġistrati fil-kontijiet tal-istess appellanti sad-data tat-tħejjija taċ-ċertifikat ta’ awditu skont ir-regoli tal-kontabbiltà Belġjani. |
|
It-tieni aggravju. Evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi u nuqqas ta’ motivazzjoni. L-EMA tqis li diversi kapijiet tas-sentenza huma vvizzjati b’difetti proċedurali gravi inkwantu dawn ma humiex motivati jew motivati b’mod insuffiċjenti jew kontradittorju. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali għamlet diversi ommissjonijiet jew żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-mezzi ta’ prova prodotti fis-sentenza. Mis-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ta’ spiss naqset milli tagħmel evalwazzjoni tagħha stess dwar il-provi prodotti mill-EMA, billi naqset, fil-fatt, milli tiddeċiedi dwar il-konklużjonijiet esposti mill-appellanti fir-rikors u fir-risposta. F’ħafna punti l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod inkundizzjonali fuq il-konklużjonijiet tar-rapport finali ta’ awditu, imwettaq f’isem il-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratti Cocoon u Dicoems, meta proprju dawn il-konklużjonijiet kienu jikkostitwixxu s-suġġett tal-ilmenti tal-EMA fir-rikors prinċipali tagħha. |
|
It-tielet aggravju. Applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide u ta’ kollaborazzjoni leali fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. L-EMA tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni żbaljata tad-dritt Belġjan b’riferiment għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ bona fide u ta’ kollaborazzjoni leali fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Fit-twettiq tal-Proġetti Dicoems u Cocoon, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi ta’ kontroll tagħha stabbiliti fl-Artikolu 11.3.4 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti, li jsemmi speċifikament l-obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura l-eżekuzzjoni korretta tal-proġett mill-perspettiva xjentifika, teknoloġika u finanzjarja. Il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-dmir ta’ kontroll tagħha, lanqas ebda dispożizzjoni kuntrattwali speċifika u li hija kienet għalhekk ġustament ipproċediet għar-rexissjoni immedjata taż-żewġ kuntratti dwar il-Proġetti Dicoems u Cocoon, filwaqt li ċaħdet ukoll it-talba għall-kumpens tad-dannu ex contractu. |
|
Ir-raba’ aggravju. Ksur tal-prinċipji tad-dritt Komunitarju. L-EMA tinvoka diversi istanzi ta’ ksur tad-dritt Komunitarju mwettqa mill-Qorti Ġenerali, relatati, b’mod partikolari, mal-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti. |