Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0082

    Kawża C-82/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione l-Italja) fis- 17 ta’ Frar 2014 – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile

    ĠU C 142, 12.5.2014, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione l-Italja) fis-17 ta’ Frar 2014 – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile

    (Kawża C-82/14)

    2014/C 142/25

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte Suprema di Cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Agenzia delle Entrate

    Konvenuta: Nuova Invincibile

    Domanda preliminari

    Miżura (bħall-amnestija fiskali prevista fl-Artikolu 9(17) tal-Liġi Nru 289/2002, li tirrigwarda perijodi mbiegħda u li hija intiża sabiex tikkumpensa, sa ċertu punt, lil persuni milquta minn katastrofi naturali) li għandha effett fuq is-somom globali riċevuti (jew li għandhom jiġu riċevuti) wara l-applikazzjoni tal-VAT taqa’ jew ma taqax taħt il-projbizzjoni li fuqha hija bbażata s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Lulju 2008 fil-Kawża C-132/06?


    Top