Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0069

Kawża C-69/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fl- 10 ta’ Frar 2014 – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor

ĠU C 142, 12.5.2014, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Frar 2014 – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor

(Kawża C-69/14)

2014/C 142/20

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dragoș Constantin Târșia

Konvenuti: Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor

Domanda preliminari

L-Artikoli 17, 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ċertezza legali stabbilit mid-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 21(2) tal-Liġi Nru 554/2004 li jipprovdi għal reviżjoni interna ta’ sentenzi ta’ qrati nazzjonali mogħtija esklużivament fi kwistjonijiet kontenzjużi amministrattivi bi ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] u li ma jippermettux il-possibbiltà li jirrevedu deċiżjonijiet ta’ qrati nazzjonali mogħtija f’kuntesti li ma humiex proċeduri kontenzjużi amministrattivi (ċivili, kriminali) fil-każ ta’ ksur tal-istess prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] f’dawn is-sentenzi?


Top