This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0464
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 24 November 2016.#SECIL - Companhia Geral de Cal e Cimento SA v Fazenda Pública.#Request for a preliminary ruling from the Tribunal Tributário de Lisboa.#Reference for a preliminary ruling — Free movement of capital — Articles 63 to 65 TFEU — EC-Tunisia Association Agreement — Articles 31, 34 and 89 — EC-Lebanon Association Agreement — Articles 31, 33 and 85 — Corporation tax — Dividends received by a company established in the Member State of the beneficiary company — Dividends received from a company established in a non-member State which is party to the association agreement — Difference of treatment — Restriction — Justification — Efficacy of fiscal supervision — Possibility of relying on Article 64 TFEU in relation to the EC-Tunisia and EC-Lebanon association agreements.#Case C-464/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016.
SECIL - Companhia Geral de Cal e Cimento SA vs Fazenda Pública.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Tributário de Lisboa.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-kapital – Artikoli 63 sa 65 TFUE – Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija – Artikoli 31, 34 u 89 – Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Libanu – Artikoli 31, 33 u 85 – Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi – Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja – Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz li huwa parti fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni – Differenza fit-trattament – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni – Effikaċja tal-kontrolli fiskali – Possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64 TFUE fil-preżenza tal-Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija u KE-Libanu.
Kawża C-464/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016.
SECIL - Companhia Geral de Cal e Cimento SA vs Fazenda Pública.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Tributário de Lisboa.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-kapital – Artikoli 63 sa 65 TFUE – Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija – Artikoli 31, 34 u 89 – Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Libanu – Artikoli 31, 33 u 85 – Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi – Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja – Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz li huwa parti fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni – Differenza fit-trattament – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni – Effikaċja tal-kontrolli fiskali – Possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64 TFUE fil-preżenza tal-Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija u KE-Libanu.
Kawża C-464/14.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:896
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
24 ta’ Novembru 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 sa 65 TFUE — Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija — Artikoli 31, 34 u 89 — Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Libanu — Artikoli 31, 33 u 85 — Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi — Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja — Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz li huwa parti fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni — Differenza fit-trattament — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja tal-kontrolli fiskali — Possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64 TFUE fil-preżenza tal-Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija u KE-Libanu”
Fil-Kawża C‑464/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Tributário de Lisboa (qorti fiskali ta’ Lisbona, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Ġunju 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ottubru 2014, fil-proċedura
SECIL – Companhia Geral de Cal e Cimento SA
vs
Fazenda Pública,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Wathelet,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta’ Novembru 2015,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal SECIL – Companhia Geral de Cal e Cimento SA, minn R. Reigada Pereira u R. Camacho Palma, avukati, |
— |
għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Rebelo u J. Martins da Silva, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Grieg, minn K. Nasopoulou, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braga da Cruz u W. Roels, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-27 ta’ Jannar 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 64 TFUE, tal-Artikoli 31, 34 u 89 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Lulju 1995 u approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar bid-Deċiżjoni 98/238/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 28, p. 187, iktar ’il quddiem il-“Ftehim KE-Tuneżija”), u tal-Artikoli 31, 33 u 85 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta’ Ġunju 2002 u approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/356/KE, tal-14 ta’ Frar 2006 (ĠU 2006, L 294M, p. 168, iktar ’il quddiem il-“Ftehim KE-Libanu”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn SECIL – Companhia Geral de Cal e Cimento SA (iktar ’il quddiem “SECIL”) u l-Fazenda Pública (teżor pubbliku, il-Portugall) dwar it-trattament fiskali mogħti, fir-rigward tas-sena fiskali 2009, lil dividendi mqassma lil SECIL minn żewġ kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fit-Tuneżija u fil-Libanu, rispettivament. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-Ftehim KE-Tuneżija
3 |
L-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Tuneżija, li jinsab fit-Titolu III tiegħu, intitolat “Dritt ta’ stabbiliment u servizzi” [traduzzjoni mhux uffiċjali], huwa fformulat kif ġej: “1. Il-partijiet jaqblu li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim b’mod li jinkludi d-dritt ta’ stabbiliment tal-kumpanniji ta’ parti waħda fit-territorju tal-parti l-oħra u l-liberalizzazzjoni tal-provvista ta’ servizzi mill-kumpanniji ta’ parti waħda lid-destinatarji ta’ servizzi f’parti oħra. 2. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għall-implementazzjoni tal-għan previst fil-paragrafu 1. Meta jagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jieħu inkunsiderazzjoni l-esperjenza miksuba mill-implementazzjoni tat-trattament reċiproku tan-nazzjon l-iktar iffavorit u l-obbligi rispettivi tal-partijiet skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi anness mal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO, iktar ’il quddiem imsejjaħ GATS, u b’mod partikolari dawk tal-Artikolu V tiegħu. 3. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jeżamina għall-ewwel darba jekk intlaħaqx dan l-għan mhux iktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
4 |
Skont l-Artikolu 34 ta’ dan il-ftehim, li jinsab fil-Kapitolu I, intitolat “Ħlasijiet kurrenti u moviment tal-kapital”, tat-Titolu IV tal-imsemmi ftehim, intitolat “Ħlasijiet, kapital, kompetizzjoni u dispożizzjonijiet ekonomiċi oħra” [traduzzjonijiet mhux uffiċjali]: “1. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fil-kont kapitali, il-Komunità u t-Tuneżija għandhom jiżguraw, mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, il-moviment liberu tal-kapital li jikkonċerna l-investimenti diretti fit-Tuneżija, magħmula minn kumpanniji kkostitwiti skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll il-likwidazzjoni u r-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti u ta’ kull profitt li jirriżulta minnhom. 2. Il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u t-Tuneżija u jilliberalizzawh għalkollox meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
5 |
L-Artikolu 89 tal-istess ftehim, li jinsab fit-Titolu VIII tiegħu, intitolat “Dispożizzjonijiet istituzzjonali ġenerali u finali” [traduzzjoni mhux uffiċjali], jistipula: “L-ebda dispożizzjoni tal-ftehim ma għandu jkollha l-effett li:
|
Il-Ftehim KE-Libanu
6 |
Skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu, li jinsab fil-Kapitolu 1, intitolat “Ħlasijiet kurrenti u moviment tal-kapital”, tat-Titolu IV ta’ dan il-ftehim, intitolat “Ħlasijiet, kapital, kompetizzjoni u dispożizzjonijiet ekonomiċi oħra” [traduzzjonijiet mhux uffiċjali]: “Fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim, u bla ħsara għall-Artikoli 33 u 34, bejn il-Komunità minn naħa, u l-Libanu min-naħa l-oħra, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni għall-moviment tal-kapital u lanqas ma għandu jkun hemm kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew fuq il-post ta’ residenza taċ-ċittadini tagħhom jew fuq il-post fejn jiġi investit dan il-kapital.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
7 |
L-Artikolu 33 tal-imsemmi ftehim, li jinsab fl-istess kapitolu tiegħu, huwa fformulat kif ġej: “1. Bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-ftehim jew għal obbligi internazzjonali oħra tal-Komunità u tal-Libanu, l-Artikoli 31 u 32 ma għandhomx jostakolaw l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet eżistenti bejniethom fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim fir-rigward tal-moviment tal-kapital bejniethom li jinvolvi investimenti diretti, bħall-investimenti fi proprjetà immobbli, l-istabbiliment, il-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fis-swieq tal-kapital. 2. Madankollu, it-trasferiment barra mill-pajjiż tal-investimenti magħmula fil-Libanu minn persuni li jirrisjedu fil-Komunità jew magħmula fil-Komunità minn persuni li jirrisjedu fil-Libanu, kif ukoll il-profitti li jirriżultaw minnhom, ma għandux ikun affettwat.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
8 |
L-Artikolu 85 tal-istess ftehim, li jinsab fit-Titolu VIII tiegħu, intitolat “Dispożizzjonijiet istituzzjonali, ġenerali u finali” [traduzzjoni mhux uffiċjali], jistipula: “Fir-rigward tat-tassazzjoni diretta, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim ma għandu jkollha l-effett li:
|
Id-dritt Portugiż
9 |
L-Artikolu 46 tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Coletivas (kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi), approvat bid-Decreto-Lei n. 442‑B/88 (Digriet Liġi Nru 442‑B/88), tat-30 ta’ Novembru 1988 (Diário da República I, serje I‑A, Nru 277, tat-30 ta’ Novembru 1988), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-sena 2009 (iktar ’il quddiem is-“CIRC”), intitolat “Ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma”, kien jipprovdi: “1. Id-dħul, inkluż fil-valur taxxabbli, li jikkorrispondi għal profitti mqassma għandu jitnaqqas mill-profitt taxxabbli tal-kumpanniji kummerċjali jew ċivili f’forma kummerċjali, tal-kooperattivi u tal-impriżi pubbliċi, li għandhom is-sede tagħhom jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju Portugiż, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
[…] 5. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll meta entità residenti fit-territorju Portugiż iżżomm, skont it-termini u l-kundizzjonijiet previsti fih, sehem mill-kapital azzjonarju ta’ entità residenti ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, meta dawn l-entitajiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva [tal-Kunsill] 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990[, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147)]. […] 8. It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 għandu jkun biss ta’ 50 % tad-dħul, inkluż fil-profitt taxxabbli, li jikkorrispondi għal:
9. Jekk il-kundizzjoni dwar il-kapital minimu miżmum, prevista fil-paragrafu 1, ma tibqax tiġi ssodisfatta qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ sena msemmija fih, it-tnaqqis għandu jiġi rrettifikat skont il-paragrafu preċedenti, jew għandu jiġi annullat, bla ħsara għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-eventwali kreditu ta’ taxxa għal taxxa doppja internazzjonali, skont l-Artikolu 85, rispettivament. […] 11. It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 għandu jitnaqqas b’50 % meta d-dħul ikun ġej minn profitti li ma jkunux ġew effettivament intaxxati, ħlief meta l-benefiċjarju jkun kumpannija ta’ ġestjoni ta’ ishma mill-kapital azzjonarju. 12. Għall-finijiet tal-paragrafu 5 u tal-paragrafu 8(b), il-persuna taxxabbli għandha tipprova li l-entità li xi kapital tagħha huwa miżmum kif ukoll, fil-każ tal-paragrafu 6, l-entità benefiċjarja, jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-[Direttiva 90/435], permezz ta’ dikjarazzjoni kkonfermata u ċċertifikata mid-dipartimenti fiskali kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea ta’ residenza.” |
10 |
F’dak li jirrigwarda l-vantaġġi fiskali għall-investiment, li jirriżultaw minn kuntratt konkluż bejn l-Istat Portugiż u l-entità kkonċernata, l-l’Estatuto dos Benefícios Fiscais (liġi dwar il-vantaġġi fiskali), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fis-sena 2009 (iktar ’il quddiem l-“EBF”), kienet tipprovdi, fl-Artikolu 41(5)(b) tagħha: “5. Il-promoturi ta’ proġetti ta’ investiment previsti fil-paragrafu preċedenti jistgħu jingħataw il-vantaġġi fiskali li ġejjin: […]
|
11 |
L-Artikolu 42 tal-EBF kien jipprovdi: “1. It-tnaqqis previst fl-Artikolu 46(1) tas-CIRC għandu japplika għall-profitti mqassma lil entitajiet residenti minn kumpanniji sussidjarji residenti fil-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża u f’Timor Leste, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, il-persuna suġġetta [għat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi] li żżomm l-ishma għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha provi li l-kundizzjonijiet li minnhom jiddependi t-tnaqqis huma ssodisfatti.” |
Il-Konvenzjoni Portugall-Tuneżija
12 |
Il-Konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul konkluża bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tat-Tuneżija, iffirmata f’Lisbona fl-24 ta’ Frar 1999 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni Portugall-Tuneżija”), tistipula, fl-Artikolu 10 tagħha: “1. Id-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti ta’ Stat kontraenti lil resident tal-Istat kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dan l-Istat l-ieħor. 2. Madankollu, dawn id-dividendi jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat kontraenti ta’ residenza tal-kumpannija li tħallas id-dividendi u skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat, iżda jekk il-persuna li tirċievi d-dividendi tkun il-benefiċjarju effettiv tagħhom, it-taxxa hekk imposta ma tistax tkun iżjed minn 15 % tal-ammont gross tad-dividendi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kontraenti għandhom jistabbilixxu, bi qbil bejniethom, il-mod kif għandhom japplikaw dawn il-limiti. Dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa t-tassazzjoni tal-kumpannija fir-rigward tal-profitti li jintużaw għall-ħlas tad-dividendi.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
13 |
Skont l-Artikolu 22(1) tal-Konvenzjoni Portugall-Tuneżija: “Meta resident ta’ Stat kontraenti jikseb dħul li, skont din il-konvenzjoni, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat kontraenti l-ieħor, l-ewwel Stat imsemmi għandu jnaqqas mit-taxxa fuq id-dħul ta’ dan ir-resident ammont ekwivalenti għat-taxxa fuq id-dħul imħallsa f’dan l-Istat l-ieħor. Madankollu, l-ammont imnaqqas ma jistax ikun iżjed mill-frazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, ikkalkolata qabel it-tnaqqis, li tikkorrispondi għad-dħul li jista’ jiġi ntaxxat f’dan l-Istat l-ieħor.” |
14 |
L-Artikolu 25 ta’ din il-konvenzjoni jirrigwarda l-iskambju ta’ informazzjoni u jistipula, b’mod partikolari, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni jew dawk tal-leġiżlazzjoni interna tal-Istati kontraenti dwar it-taxxi previsti mill-istess konvenzjoni, fosthom it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi (iktar ’il quddiem l-“IRC”). |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
15 |
SECIL hija kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata li l-attività tagħha hija l-produzzjoni tas-siment, li għandha s-sede tagħha fil-Portugall u li hija suġġetta, f’dan l-Istat Membru, għall-iskema ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ kumpanniji. |
16 |
Matul ix-xahar ta’ Jannar 2000, SECIL akkwistat parti mill-kapital azzjonarju ta’ Société des Ciments de Gabès SA (iktar ’il quddiem “Ciments de Gabès”), li għandha s-sede tagħha fit-Tuneżija. Matul is-sena 2009, SECIL kellha 52923 sehem ta’ din il-kumpannija, li jirrappreżentaw 98.72 % tal-kapital azzjonarju tagħha. |
17 |
Matul ix-xahar ta’ Mejju 2002, SECIL akkwistat parti mill-kapital azzjonarju ta’ Ciments de Sibline SAL, kumpannija li għandha s-sede tagħha fil-Libanu. Matul is-sena 2009, SECIL kellha 51.05 % tal-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, li minnu 28.64 % kien miżmum direttament u 22.41 % indirettament. |
18 |
Matul is-sena 2009, SECIL irċeviet dividendi fl-ammont ta’ EUR 6288683.39 mingħand Ciments de Gabès u fl-ammont ta’ EUR 2022478.12 mingħand Ciments de Sibline. SECIL iddikjarat dawn l-ammonti għall-finijiet tal-IRC fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009. Id-dividendi hekk irċevuti ġew intaxxati fil-Portugall, fejn ma kienu s-suġġett ta’ ebda mekkaniżmu ta’ ħelsien jew ta’ tnaqqis mit-taxxa doppja ekonomika. |
19 |
Fid-29 ta’ Mejju 2012, SECIL ippreżentat appell amministrattiv quddiem id-Director de Finanças de Setúbal (direttur tal-finanzi ta’ Setúbal, il-Portugall), li kellu bħala suġġett l-awtolikwidazzjoni tal-IRC fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009, billi sostniet li t-taxxa imposta fuq id-dividendi mqassma minn Ciments de Gabès u minn Ciments de Sibline kienet illegali, peress li l-leġiżlazzjoni Portugiża kienet teskludi l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika u b’hekk kienet tikser il-Ftehim KE-Tuneżija u l-Ftehim KE-Libanu, kif ukoll it-Trattat FUE. |
20 |
Dan l-appell amministrattiv ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-10 ta’ Ottubru 2012. |
21 |
SECIL ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem it-Tribunal Tributário de Lisboa (qorti fiskali ta’ Lisbona, il-Portugall), billi allegat, essenzjalment, li r-rifjut li tiġi applikata, għad-dividendi mqassma minn Ciments de Gabès u minn Ciments de Sibline, l-iskema ta’ ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika fis-seħħ fil-Portugall matul is-sena finanzjarja 2009 kien jikser il-Ftehim KE-Tuneżija, il-Ftehim KE-Libanu kif ukoll l-Artikoli 49 u 63 TFUE. |
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Tributário de Lisboa (qorti fiskali ta’ Lisbona) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
23 |
Permezz tad-domandi magħmula, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-kapital u d-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu t-trattament fiskali mogħti, fil-Portugall, lid-dividendi mqassma lil kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi, jiġifieri, ir-Repubblika tat-Tuneżija u r-Repubblika Libaniża, rispettivament. |
24 |
F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda l-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 63(1) TFUE jistabbilixxi projbizzjoni ċara u inkundizzjonata, li ma teħtieġ ebda miżura ta’ implementazzjoni u li tagħti lill-individwi drittijiet li huma jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati (sentenzi tal-14 ta’ Diċembru 1995, Sanz de Lera et, C‑163/94, C‑165/94 u C‑250/94, EU:C:1995:451, punti 41 u 47, u tat-18 ta’ Diċembru 2007, A,C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 21). Għalhekk, din id-dispożizzjoni, flimkien mal-Artikoli 64 u 65 TFUE, tista’ tiġi invokata quddiem il-qorti nazzjonali u tista’ twassal għall-inapplikabbiltà tar-regoli nazzjonali li jmorru kontriha, irrispettivament mill-kategorija ta’ moviment tal-kapital inkwistjoni (sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2007, A,C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 27, u d-digriet tal-4 ta’ Ġunju 2009, KBC Bank u Beleggen, Risicokapitaal, Beheer, C‑439/07 u C‑499/07, EU:C:2009:339, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
25 |
Konsegwentement, fl-ewwel lok, għandhom jiġu interpretati l-Artikoli 63 u 65 TFUE, sabiex jiġi ddeterminat, qabelxejn, jekk sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-moviment liberu tal-kapital u jekk il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi kkonċernati tistax tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 63 TFUE, sabiex tikkontesta t-trattament fiskali mogħti lid-dividendi li hija rċeviet mingħand kumpanniji stabbiliti fit-Tuneżija u fil-Libanu. Fil-każ ta’ risposta affermattiva, ikun irid jiġi vverifikat, sussegwentement, jekk it-trattament mogħti lid-dividendi mqassma lill-imsemmija kumpannija benefiċjarja jikkostitwixxix restrizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE, qabel ma jiġi evalwat, jekk ikun il-każ, jekk tali restrizzjoni tistax eventwalment tkun iġġustifikata. |
26 |
Għaldaqstant, għandhom qabelxejn jiġu eżaminati l-ħdax u t-tnax-il domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
27 |
Fil-każ li l-Artikoli 63 u 65 TFUE jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu trattament fiskali bħal dak li jingħata, fil-Portugall, lid-dividendi li jkunu ġejjin mit-Tuneżija u mil-Libanu, ikun irid jiġi vverifikat, fit-tieni lok, jekk dan l-Istat Membru jistax jinvoka d-deroga prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, u, għalhekk, jiġu eżaminati t-tlettax u l-erbatax-il domanda, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 64 TFUE. F’dan ir-rigward, għandu b’mod partikolari jiġi vverifikat jekk il-konklużjoni tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu mir-Repubblika Portugiża setgħetx ikollha konsegwenzi għall-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru mill-Artikolu 64(1) TFUE. |
28 |
Fit-tielet lok, jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 64 TFUE kellha twassal għall-konstatazzjoni li l-konklużjoni tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu mir-Repubblika Portugiża setgħet ikollha konsegwenzi għall-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru mill-Artikolu 64(1) TFUE, ikun hemm lok li jiġu eżaminati l-ewwel sal-għaxar domandi, dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu, sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn tal-aħħar jistgħux jiġu invokati fil-kawża prinċipali. |
29 |
Fir-raba’ lok, tkun trid tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet tal-qorti tar-rinviju, billi jiġu speċifikati l-konsegwenzi tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 sa 65 TFUE u tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu għall-kawża prinċipali. |
Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE
30 |
Permezz tal-ħdax u tat-tnax-il domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt l-Artikolu 63 TFUE u, fil-każ ta’ risposta affermattiva, jekk l-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tnaqqas mill-valur taxxabbli tagħha dividendi li jitqassmu lilha minn kumpannija residenti ta’ dan l-istess Stat Membru, iżda ma tistax tnaqqas id-dividendi mqassma minn kumpannija residenti ta’ Stat terz. |
Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 63 TFUE
31 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-trattament fiskali ta’ dividendi jista’ jaqa’ taħt l-Artikolu 49 TFUE, dwar il-libertà ta’ stabbiliment, u taħt l-Artikolu 63 TFUE, dwar il-moviment liberu tal-kapital. F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni jekk leġiżlazzjoni nazzjonali taqax taħt libertà ta’ moviment waħda jew l-oħra, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-13 ta’ Novembru 2012, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑35/11, EU:C:2012:707, punti 89 u 90 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-10 ta’ April 2014, Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company,C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 25). |
32 |
Leġiżlazzjoni nazzjonali li hija intiża sabiex tapplika biss għall-ishma li jippermettu li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta’ kumpannija u li jiġu ddeterminati l-attivitajiet tagħha taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE, dwar il-libertà ta’ stabbiliment (sentenza tat-13 ta’ Novembru 2012, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 91 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
33 |
Min-naħa l-oħra, dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw għal ishma miksuba biss bl-intenzjoni li jsir investiment finanzjarju mingħajr l-intenzjoni li jiġu influwenzati t-tmexxija u l-kontroll tal-impriża għandhom jiġu eżaminati esklużivament fid-dawl tal-moviment liberu tal-kapital (sentenza tat-13 ta’ Novembru 2012, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 92). |
34 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, f’kuntest li jirrigwarda t-trattament fiskali ta’ dividendi li joriġinaw minn Stat terz, l-eżami tal-għan ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali huwa biżżejjed sabiex jiġi evalwat jekk it-trattament fiskali ta’ tali dividendi jaqax taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-10 ta’ April 2014, Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company,C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
35 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-trattament fiskali ta’ dividendi, li ma tapplikax esklużivament għas-sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija omm teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam id-dividendi, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 63 TFUE. Konsegwentement, kumpannija stabbilita fi Stat Membru tista’, indipendentement mill-kobor tal-holding li hija għandha fil-kumpannija li tqassam id-dividendi stabbilita fi Stat terz, tinvoka din id-dispożizzjoni, sabiex tikkontesta l-legalità ta’ tali leġiżlazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-10 ta’ April 2014, Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company,C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
36 |
F’dan il-każ, skont l-Artikolu 46 tas-CIRC, il-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju Portugiż jibbenefikaw minn tnaqqis tal-valur taxxabbli tad-dividendi, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpanniji li jkollhom is-sede tagħhom jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom f’dan it-territorju u li, barra minn hekk, ikunu suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji u ma jkunux eżenti minnha. |
37 |
Skont l-Artikolu 46(1) tas-CIRC, dan it-tnaqqis huwa sħiħ, meta l-entità benefiċjarja ma taqax taħt l-iskema ta’ trasparenza fiskali prevista fl-Artikolu 6 ta’ dan il-kodiċi u meta żżomm direttament mill-inqas 10 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija li tqassam il-profitti jew meta l-valur ta’ akkwist ta’ dan is-sehem ikun mill-inqas ta’ EUR 20000000, liema sehem għandu jinżamm b’mod mhux interrott matul is-sena li tippreċedi d-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-profitti jew, jekk dan jinżamm għal inqas żmien, l-istess sehem jinżamm għaż-żmien neċessarju biex jgħaddi dan iż-żmien. |
38 |
Meta ma jiġux issodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 46(1) tas-CIRC, dwar it-trasparenza fiskali u s-sehem miżmum fil-kapital azzjonarju tal-kumpannija li tqassam, il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi għandha dritt, skont l-Artikolu 46(8) tas-CIRC, għal tnaqqis li jikkorrispondi għal 50 % tad-dħul inkluż fil-profitt taxxabbli. |
39 |
Tali leġiżlazzjoni, li ma tipprevedi ebda limitu minimu dwar l-ishma miżmuma fil-kumpannija li tqassam id-dividendi, f’dak li jirrigwarda t-tnaqqis parzjali, u li tistabbilixxi limitu minimu, iffissat għal 10 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija li tqassam jew għal valur ta’ akkwist tal-holding ta’ EUR 20000000, sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika minn tnaqqis sħiħ, tapplika kemm għad-dividendi rċevuti minn kumpannija residenti, abbażi ta’ holding li jagħti influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija li tqassam l-imsemmija dividendi u li jippermetti li jiġu ddeterminati l-attivitajiet tagħha, kif ukoll għad-dividendi rċevuti abbażi ta’ holding li ma jagħtix tali influwenza. |
40 |
F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-kisba tat-tnaqqis sħiħ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li limitu minimu ta’ 10 % tabilħaqq jippermetti li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-vantaġġ fiskali l-investimenti mwettqa biss bl-intenzjoni li jsir investiment finanzjarju, mingħajr l-intenzjoni li jiġu influwenzati t-tmexxija u l-kontroll tal-impriża, iżda ma jirrendix, fih innifsu, it-tnaqqis applikabbli biss għall-ishma li jippermettu li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta’ kumpannija u li jiġu ddeterminati l-attivitajiet tagħha (sentenza tal-11 ta’ Settembru 2014, Kronos International,C‑47/12, EU:C:2014:2200, punti 34 u 35). Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li holding ta’ tali kobor ma jimplikax neċessarjament li d-detentur ta’ dan il-holding jeżerċita influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija li tagħha huwa azzjonist (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2013, Itelcar,C‑282/12, EU:C:2013:629, punt 22, u tal-11 ta’ Settembru 2014, Kronos International,C‑47/12, EU:C:2014:2200, punt 35). |
41 |
Peress li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex intiża li tapplika esklużivament għas-sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija benefiċjarja teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam, għandu jitqies li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt l-Artikolu 63 TFUE, dwar il-moviment liberu tal-kapital. |
42 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li, peress li t-Trattat ma jestendix il-libertà ta’ stabbiliment għall-Istati terzi, għandu jiġi evitat li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 63(1) TFUE, f’dak li jirrigwarda r-relazzjoni ma’ dawn l-Istati, tippermetti lil operaturi ekonomiċi li ma jaqgħux fil-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-libertà ta’ stabbiliment li jibbenefikaw minnha (sentenzi tal-11 ta’ Settembru 2014, Kronos International,C‑47/12, EU:C:2014:2200, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-10 ta’ April 2014, Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company,C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 31). |
43 |
Issa dan ir-riskju huwa assenti f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn il-leġiżlazzjoni kkonċernata ma tirrigwardax il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq ta’ Stat terz minn kumpannija residenti tal-Portugall jew għas-suq ta’ Stat Membru minn kumpannija ta’ Stat terz, iżda tikkonċerna biss it-trattament fiskali ta’ dividendi li jirriżultaw minn investimenti magħmula mill-benefiċjarju ta’ dawn tal-aħħar fil-kumpannija li tqassam. |
44 |
Konsegwentement, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kumpannija stabbilita fil-Portugall li tirċievi dividendi minn kumpanniji stabbiliti fit-Tuneżija u fil-Libanu, rispettivament, tista’ tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 63 TFUE, sabiex tikkontesta t-trattament fiskali mogħti lil dawn id-dividendi f’dan l-Istat Membru, ibbażat fuq leġiżlazzjoni li ma hijiex intiża li tapplika esklużivament għas-sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija benefiċjarja teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam. |
Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital
45 |
Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 63(1) TFUE, bħala restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital, jinkludu dawk li huma ta’ natura li jiddisswadu lill-persuni mhux residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew li jiddisswadu lir-residenti tal-imsemmi Stat Membru milli jinvestu fi Stati oħra (sentenza tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
46 |
F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni jekk leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix restrizzjoni għall-moviment tal-kapital, għandu jiġi rrilevat, kif ġie speċifikat fil-punti 36 sa 38 ta’ din is-sentenza, li meta kumpannija li għandha s-sede tagħha jew l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż tirċievi dividendi mqassma minn kumpannija li għandha s-sede tagħha jew l-amministrazzjoni effettiva tagħha fl-istess territorju, u meta l-kumpannija li tqassam barra minn hekk tkun suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji u ma tkunx eżenti minn din tal-aħħar, il-kumpannija benefiċjarja ta’ dawn id-dividendi tista’ tnaqqashom mill-valur taxxabbli tagħha. Tali tnaqqis huwa sħiħ jew parzjali, skont jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 46(1)(b) u (c) tas-CIRC jiġux issodisfatti jew le. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 46(11) tas-SIRC, it-tnaqqis previst f’dan l-Artikolu 46(1) jitnaqqas għal 50 % meta d-dħul ikun ġej minn profitti li ma jkunux ġew effettivament intaxxati. |
47 |
Min-naħa l-oħra, il-kumpanniji li għandhom is-sede jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju Portugiż u li jirċievu dividendi minn kumpanniji li għandhom is-sede jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom fi Stati terzi, bħar-Repubblika tat-Tuneżija jew ir-Repubblika Libaniża, huma suġġetti, f’dak li jirrigwarda d-dividendi rċevuti, għall-IRC bir-rata stabbilita bil-liġi. |
48 |
Għalhekk, ikun hemm ħelsien jew tnaqqis mit-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi rċevuti minn kumpannija residenti meta l-kumpannija li tqassam id-dividendi tkun stabbilita fil-Portugall, filwaqt li dan ma jkunx il-każ meta din il-kumpannija tkun stabbilita fi Stat terz, bħar-Repubblika tat-Tuneżija jew ir-Repubblika Libaniża. |
49 |
F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li l-Konvenzjoni Portugall-Tuneżija ma hijiex ta’ natura li tevita tali trattament sfavorevoli. Fil-fatt, din il-konvenzjoni tfittex biss li tnaqqas l-effetti tat-taxxa doppja għall-kumpannija residenti benefiċjarja tad-dividendi, fir-rigward tat-taxxa fuq id-dividendi miġbura fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija li tqassam. Din il-konvenzjoni ma tipprevedix sistema ta’ ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi li tirriżulta, għall-kumpannija benefiċjarja, mit-tassazzjoni tal-kumpannija li tqassam fir-rigward tal-profitti li jintużaw għall-ħlas tad-dividendi. Min-naħa l-oħra, ma ġiet konkluża ebda konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Libaniża. |
50 |
Din id-differenza fit-trattament tista’ tiddisswadi lill-kumpanniji residenti tal-Portugall milli jinvestu l-kapital tagħhom f’kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi, bħar-Repubblika tat-Tuneżija u r-Repubblika Libaniża. Fil-fatt, sa fejn id-dħul mill-kapital li joriġina minn Stati terzi huwa ttrattat, fuq livell fiskali, b’mod inqas favorevoli mid-dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fil-Portugall, l-ishma tal-kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi huma inqas attraenti għall-investituri li jirrisjedu fil-Portugall minn dawk ta’ kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 64, u tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 80). |
51 |
Leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’ twettaq tnaqqis sħiħ jew parzjali tad-dividendi mill-valur taxxabbli tagħha, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpannija residenti tal-istess Stat Membru, iżda ma tistax twettaq tali tnaqqis, meta l-kumpannija li tqassam tkun residenti ta’ Stat terz, tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment tal-kapital bejn l-Istat Membri u l-Istati terzi li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 63 TFUE. |
Fuq l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni
52 |
Skont l-Artikolu 65(1)(a) TFUE, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63 madankollu ma għandhomx jippreġudikaw id-dritt tal-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi fiskali tagħhom li jagħmlu distinzjoni bejn persuni li jħallsu t-taxxa li ma humiex fl-istess sitwazzjoni rigward il-post ta’ residenza tagħhom jew rigward il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit. |
53 |
Din id-dispożizzjoni, peress li tikkostitwixxi deroga mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-kapital, għandha tiġi interpretata b’mod strett. Għalhekk, hija ma tistax tiġi interpretata fis-sens li kull leġiżlazzjoni fiskali li tinvolvi distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli skont il-post fejn jirrisjedu jew l-Istat Membru li fih dawn jinvestu l-kapital tagħhom hija awtomatikament kompatibbli mat-Trattat. Fil-fatt, id-deroga prevista fl-Artikolu 65(1)(a) TFUE nnifisha hija limitata mill-Artikolu 65(3) TFUE, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 65(1) TFUE “m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63 [TFUE]” (sentenza tal-10 ta’ April 2014, Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company,C‑190/12, EU:C:2014:249, punti 55 u 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
54 |
Għalhekk, għandha ssir distinzjoni bejn id-differenzi fit-trattament awtorizzati mill-Artikolu 65(1)(a) TFUE u d-diskriminazzjonijiet ipprojbiti mill-Artikolu 65(3) TFUE. Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun tista’ titqies li hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, jeħtieġ li d-differenza fit-trattament tkun tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex paragunabbli b’mod oġġettiv jew tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (sentenza tal-10 ta’ Mejju 2012, Santander Asset Management SGIIC et, C‑338/11 sa C‑347/11, EU:C:2012:286, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
55 |
Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fir-rigward ta’ regola fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża għall-ħelsien jew għat-tnaqqis tat-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi li joriġinaw fi Stat terz hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali, sa fejn, fiż-żewġ każijiet, il-profitti magħmula jistgħu, bħala prinċipju, ikunu suġġetti għal sensiela ta’ taxxi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 84 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
56 |
Il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni tista’, għalhekk, tirrigwarda biss raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Huwa wkoll neċessarju, f’dan il-każ, li r-restrizzjoni tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan li hija tfittex li tilħaq u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq (sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2015, Timac Agro Deutschland,C‑388/14, EU:C:2015:829, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
57 |
F’dan ir-rigward, il-Gvern Portugiż u l-Gvern Svediż isostnu li tali restrizzjoni hija ġġustifikata min-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontroll fiskali u li tiġi evitata l-frodi fiskali. Fil-fatt, il-possibbiltajiet li għandhom l-awtoritajiet fiskali Portugiżi sabiex jiksbu l-informazzjoni neċessarja bil-għan li jiżguraw li l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika mill-vantaġġ fiskali inkwistjoni huma ssodisfatti, huma limitati, minħabba l-assenza, bejn ir-Repubblika Portugiża, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija jew ir-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, ta’ qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva ekwivalenti għal dak stabbilit bejn l-Istati Membri permezz tad-Direttiva 77/799, li kienet fis-seħħ fid-data meta seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Il-klawżola dwar l-iskambju ta’ informazzjoni li tinsab fil-Konvenzjoni Portugall-Tuneżija ma hijiex vinkolanti u ebda konvenzjoni ta’ dan it-tip ma ġiet konkluża bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Libaniża. |
58 |
Mill-ġurisprudenza jirriżulta li jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għall-eżerċizzju tal-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mit-Trattat kemm il-ġlieda kontra l-frodi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-11 ta’ Ottubru 2007, ELISA,C‑451/05, EU:C:2007:594, punt 81) kif ukoll in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-18 ta’ Diċembru 2007, A,C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 55, u tal-5 ta’ Lulju 2012, SIAT,C‑318/10, EU:C:2012:415, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
59 |
F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-argumenti dwar in-neċessità li tiġi evitata l-frodi fiskali, mill-ġurisprudenza jirriżulta li miżura nazzjonali li tirrestrinġi l-moviment liberu tal-kapital tista’ tkun iġġustifikata minn tali raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali meta hija tirrigwarda speċifikament l-arranġamenti purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika, li l-uniku għan tagħhom huwa l-evażjoni tat-taxxa normalment dovuta jew il-kisba ta’ vantaġġ fiskali fuq il-profitti ġġenerati mill-attivitajiet imwettqa fit-territorju nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-17 ta’ Settembru 2009, Glaxo Wellcome,C‑182/08, EU:C:2009:559, punt 89, u tat-3 ta’ Ottubru 2013, C‑282/12, Itelcar,EU:C:2013:629, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
60 |
F’dan il-kuntest, is-sempliċi fatt li l-kumpannija li tqassam id-dividendi tinsab fi Stat terz ma jistax jistabbilixxi preżunzjoni ġenerali ta’ frodi fiskali u jiġġustifika miżura li tippreġudika l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, A,C‑48/11, EU:C:2012:485, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
61 |
F’dan il-każ, il-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali teskludi b’mod ġenerali l-possibbiltà ta’ ħelsien jew ta’ tnaqqis tat-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi, meta dawn id-dividendi jitqassmu minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi, mingħajr ma tfittex speċifikament li timpedixxi aġir li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ arranġamenti purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika, intiżi għall-evażjoni tat-taxxa normalment dovuta jew għall-kisba ta’ vantaġġ fiskali. |
62 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital ma jistax ikun iġġustifikat minn motivi li jirrigwardaw in-neċessità li jiġu evitati l-frodi u l-evażjoni fiskali. |
63 |
F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, għandu jiġi rrilevat li l-movimenti bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi jidħlu f’kuntest ġuridiku differenti minn dak fis-seħħ fi ħdan l-Unjoni u li l-qafas ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stabbilit mid-Direttiva 77/799, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006 (ĠU 2006, L 363, p. 129), li kienet fis-seħħ fid-data meta seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU 2011, L 64, p. 1), ma jeżistix bejn dawn l-awtoritajiet u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz, meta dan tal-aħħar ma jkun ħa ebda impenn ta’ assistenza reċiproka (sentenza tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punti 65 u 66). |
64 |
Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, konsegwentement, meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tissuġġetta l-benefiċċju ta’ sistema fiskali iktar vantaġġuża għat-twettiq ta’ kundizzjonijiet li l-osservanza tagħhom tista’ tiġi vverifikata biss billi tinkiseb informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz, huwa, bħala prinċipju, leġittimu għal dan l-Istat Membru li jirrifjuta li jagħti dan il-vantaġġ jekk, b’mod partikolari minħabba l-assenza ta’ obbligu f’konvenzjoni ta’ dan l-Istat terz li jipprovdi informazzjoni, ikun impossibbli għalih li jikseb din l-informazzjoni mingħand l-imsemmi Stat terz (sentenza tas-17 ta’ Ottubru 2013, Welte,C‑181/12, EU:C:2013:662, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
65 |
F’dan il-każ, mill-Artikolu 46(1)(a) tas-CIRC jirriżulta li, meta kemm il-kumpannija li tqassam kif ukoll il-kumpannija benefiċjarja jkunu residenti tal-Portugall, it-tnaqqis sħiħ tad-dividendi mill-valur taxxabbli jingħata meta l-kumpannija li tqassam tkun suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji jew għat-taxxa msemmija fl-Artikolu 7 tas-CIRC. Skont l-Artikolu 46(8) tas-CIRC, il-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam għandha tiġi ssodisfatta wkoll sabiex ikun jista’ jingħata l-benefiċċju tat-tnaqqis parzjali, meta l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-kumpannija benefiċjarja, previsti fl-Artikolu 46(1)(b) u (c) tas-CIRC, ma jiġux issodisfatti. |
66 |
Għaldaqstant, jista’ jitqies li l-benefiċċju tat-tnaqqis sħiħ jew parzjali, previst fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 8, rispettivament tal-Artikolu 46 tas-CIRC, jiddependi mill-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam, li l-awtoritajiet fiskali għandhom ikunu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jivverifikaw li tkun ġiet issodisfatta. |
67 |
F’dan ir-rigward, il-Konvenzjoni Portugall-Tuneżija, fl-Artikolu 25 tagħha, intitolat “Skambju ta’ informazzjoni”, tistipula, b’mod partikolari, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni jew dawk tal-leġiżlazzjoni interna tal-Istati kontraenti dwar it-taxxi previsti mill-imsemmija konvenzjoni, fosthom l-IRC. |
68 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Portugall-Tuneżija jistgħux jippermettu lill-awtoritajiet fiskali Portugiżi jiksbu mir-Repubblika tat-Tuneżija l-informazzjoni li tqiegħdhom f’pożizzjoni li jivverifikaw li l-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam id-dividendi hija ssodisfatta. Jekk dan ikun il-każ, ir-restrizzjoni li tirriżulta mir-rifjut li jingħata t-tnaqqis sħiħ jew parzjali, previst fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 8, rispettivament, tal-Artikolu 46 tas-CIRC ma tistax tkun iġġustifikata min-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali. |
69 |
Peress li, kif speċifikat il-qorti tar-rinviju, ebda konvenzjoni ta’ assistenza reċiproka ma ġiet konkluża bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Libaniża, ir-rifjut li jingħata t-tnaqqis sħiħ jew parzjali, previst fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 8, rispettivament, tal-Artikolu 46 tas-CIRC, jista’ jkun iġġustifikat min-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, jekk jirriżulta li jkun impossibbli li tinkiseb mir-Repubblika Libaniża informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam id-dividendi hija ssodisfatta. |
70 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat ukoll li, skont l-Artikolu 46(11) tas-CIRC, it-tnaqqis previst fl-Artikolu 46(1) ta’ dan il-kodiċi jitnaqqas għal 50 % meta d-dħul ikun ġej minn profitti li ma jkunux ġew effettivament intaxxati, ħlief meta l-benefiċjarju jkun kumpannija ta’ ġestjoni ta’ ishma mill-kapital azzjonarju. |
71 |
Hija l-qorti tar-rinviju, li hija biss għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali, li għandha tiddetermina jekk din id-dispożizzjoni tistax tiġi applikata f’sitwazzjonijiet fejn l-issuġġettar għat-taxxa fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija li tqassam ma jistax jiġi vverifikat. Jekk dan ikun il-każ, ir-raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali bbażata fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali ma tistax tiġi invokata sabiex tiġġustifika r-restrizzjoni li tirriżulta mir-rifjut li jingħata t-tnaqqis parzjali, previst fl-Artikolu 46(11) tas-CIRC, fir-rigward ta’ dividendi li joriġinaw mit-Tuneżija u mil-Libanu. |
72 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ħdax u għat-tnax-il domanda għandha tkun li l-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 64 TFUE
73 |
Permezz tat-tlettax u l-erbatax-il domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 64(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għalkemm tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment tal-kapital ipprojbita, bħala prinċipju, mill-Artikolu 63 TFUE, hija awtorizzata bħala restrizzjoni eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 1993, fis-sens tal-Artikolu 64(1) TFUE. |
74 |
Skont l-Artikolu 64(1) TFUE, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63 TFUE ma jippreġudikawx l-applikazzjoni għall-pajjiżi terzi ta’ restrizzjonijiet li jkunu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 1993 skont id-dritt nazzjonali jew id-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvu investiment dirett, inkluż investiment f’beni immobbli, l-istabbiliment, il-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fi swieq kapitali. |
75 |
Għalkemm il-kunċett ta’ “investiment dirett” ma huwiex iddefinit mit-Trattat, huwa madankollu ġie ddefinit fin-nomenklatura tal-movimenti tal-kapital li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat [artikolu mħassar mit-Trattat ta’ Amsterdam] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10). Mill-elenku tal-“investimenti diretti” li jinsabu fl-ewwel taqsima tal-imsemmija nomenklatura u min-noti ta’ spjega relatati magħhom jirriżulta li dan il-kunċett jirrigwarda l-investimenti ta’ kwalunkwe natura li jwettqu persuni fiżiċi jew ġuridiċi u li jservu sabiex jinħolqu u jinżammu relazzjonijiet fit-tul u diretti bejn il-persuna li tipprovdi l-kapital u l-impriża li għaliha huwa intiż tali kapital, bil-għan li teżerċita attività ekonomika (sentenza tal-24 ta’ Mejju 2007, Holböck,C‑157/05, EU:C:2007:297, punti 33 u 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
76 |
F’dak li jirrigwarda l-ishma f’impriżi ġodda jew eżistenti kkostitwiti fil-forma ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata, kif jikkonfermaw in-noti ta’ spjega msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, l-għan li jinħolqu jew li jinżammu rabtiet ekonomiċi fit-tul jippreżupponi li l-ishma miżmuma mill-azzjonist jagħtuh, jew bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kumpanniji b’responsabbiltà limitata, jew b’mod ieħor, il-possibbiltà li jipparteċipa effettivament fit-tmexxija ta’ din il-kumpannija jew fil-kontroll tagħha (sentenza tal-24 ta’ Mejju 2007, Holböck,C‑157/05, EU:C:2007:297, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
77 |
Skont il-ġurisprudenza, ir-restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital li jinvolvi stabbiliment jew investimenti diretti, fis-sens tal-Artikolu 64(1) TFUE, jkopru mhux biss il-miżuri nazzjonali li, fl-applikazzjoni tagħhom għall-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi, jillimitaw l-istabbiliment jew l-investimenti, iżda wkoll dawk li jillimitaw il-ħlasijiet ta’ dividendi li jirriżultaw minnhom (sentenza tat-13 ta’ Novembru 2012, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 103 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
78 |
Minn dan isegwi li restrizzjoni għall-moviment tal-kapital, bħat-trattament fiskali inqas vantaġġuż ta’ dividendi ta’ oriġini barranija, taqa’ taħt l-Artikolu 64(1) TFUE, sa fejn hija tirrigwarda ishma akkwistati sabiex jinħolqu jew jinżammu rabtiet ekonomiċi fit-tul u diretti bejn l-azzjonist u l-kumpannija kkonċernata u li jippermettu lill-azzjonist jipparteċipa effettivament fit-tmexxija ta’ din il-kumpannija jew fil-kontroll tagħha (sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 185, u tal-24 ta’ Mejju 2007, Holböck,C‑157/05, EU:C:2007:297, punt 37). |
79 |
F’dan il-każ, il-kawża prinċipali tirrigwarda, minn naħa, it-trattament fiskali tad-dividendi mqassma minn Ciments de Gabès, li jirreferu għall-ishma li jirrappreżentaw 98.72 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija li tqassam. Tali holding huwa ta’ natura li jagħti lill-azzjonist il-possibbiltà li jipparteċipa effettivament fit-tmexxija tal-kumpannija li tqassam jew fil-kontroll tagħha u, għaldaqstant, jista’ jitqies li huwa investiment dirett. |
80 |
Min-naħa l-oħra, il-kawża prinċipali tirrigwarda t-trattament fiskali tad-dividendi mqassma minn Ciments de Sibline, li fiha l-kumpannija benefiċjarja żżomm direttament 28.64 % tal-kapital azzjonarju. Tali holding jista’ wkoll ikun ta’ natura, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, li jagħti lill-azzjonist il-possibbiltà li jipparteċipa effettivament fit-tmexxija tal-kumpannija li tqassam jew fil-kontroll tagħha u, għaldaqstant, jista’ jitqies li huwa investiment dirett. |
81 |
Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-kunċett ta’ “restrizzjoni[…] li [t]kun [t]eżist[i] fil-31 ta’ Diċembru 1993” jippreżupponi li l-kuntest ġuridiku li fih taqa’ r-restrizzjoni inkwistjoni kien jifforma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru kkonċernat b’mod mhux interrott minn dik id-data ’l quddiem. Fil-fatt, li kieku kien mod ieħor, Stat Membru kien ikun jista’, fi kwalunkwe mument, jintroduċi mill-ġdid restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital lejn jew minn Stati terzi, li kienu jeżistu fl-ordinament ġuridiku nazzjonali fil-31 ta’ Diċembru 1993, iżda li ma nżammewx (sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2007, A,C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 48). |
82 |
Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, għalkemm, bħala prinċipju, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina l-kontenut tal-leġiżlazzjoni eżistenti f’data stabbilita minn att tal-Unjoni, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tipprovdi l-elementi ta’ interpretazzjoni tal-kunċett tad-dritt tal-Unjoni li jikkostitwixxi r-riferiment għall-applikazzjoni ta’ sistema derogatorja, prevista minn dan id-dritt, għal leġiżlazzjoni nazzjonali “li [t]kun [t]eżist[i]” f’data stabbilita (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 191, u tal-10 ta’ April 2014, Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company,C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 47). |
83 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, b’mod partikolari permezz tal-erbatax-il domanda tagħha, dwar l-impatt tal-introduzzjoni, wara l-31 ta’ Diċembru 1993, tal-iskema ta’ vantaġġi fiskali għall-investiment ta’ natura kuntrattwali, prevista fl-Artikolu 41(5)(b) tal-EBF, u tal-iskema dwar id-dividendi li jkunu ġejjin mill-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża u minn Timor Leste, prevista fl-Artikolu 42 tal-EBF. |
84 |
Issa peress li l-adozzjoni ta’ dawn l-iskemi ma biddlitx il-qafas legali dwar it-trattament fiskali tad-dividendi li jkunu ġejjin mit-Tuneżija u mil-Libanu, l-adozzjoni tagħhom ma affettwatx il-klassifikazzjoni bħala restrizzjoni eżistenti tal-esklużjoni tad-dividendi mħallsa mill-kumpanniji stabbiliti f’dawn l-Istati terzi mill-possibbiltà li jibbenefikaw minn tnaqqis sħiħ jew parzjali mit-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2007, A,C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 51). |
85 |
Madankollu, għandu jiġi eżaminat l-impatt tal-konklużjoni tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu fuq il-possibbiltà mogħtija lir-Repubblika Portugiża mill-Artikolu 64(1) TFUE. |
86 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 64(1) TFUE jistabbilixxi possibbiltà għal Stat Membru li, fir-relazzjonijiet mal-Istati terzi, ikompli japplika r-restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk imorru kontra l-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 63(1) TFUE, bil-kundizzjoni li huma kienu diġà jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 1993 (sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 187, u tal-24 ta’ Mejju 2007, Holböck,C‑157/05, EU:C:2007:297, punt 39). |
87 |
Stat Membru jirrinunzja għal tali possibbiltà meta huwa jħassar id-dispożizzjonijiet li jagħtu lok għar-restrizzjoni kkonċernata. Fil-fatt, l-Artikolu 64(1) TFUE ma jirrigwardax id-dispożizzjonijiet li, filwaqt li huma essenzjalment identiċi għal leġiżlazzjoni li kienet teżisti fil-31 ta’ Diċembru 1993, introduċew ostakolu għall-moviment liberu tal-kapital li, wara t-tħassir tal-leġiżlazzjoni preċedenti, ma kienx għadu jeżisti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2007, A,C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 49). |
88 |
Stat Membru jirrinunzja għal tali possibbiltà wkoll, meta jadotta dispożizzjonijiet li jbiddlu l-loġika li fuqha kienet ibbażata l-leġiżlazzjoni preċedenti. F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, fl-evalwazzjoni tal-possibbiltà li għandu Stat Membru li jinvoka l-Artikolu 64(1) TFUE, l-aspetti li jirrigwardaw il-forma tal-att li jikkostitwixxi restrizzjoni huma sekondarji meta mqabbla mal-aspetti li jirrigwardaw is-sustanza ta’ din ir-restrizzjoni. Fil-fatt, miżura nazzjonali adottata wara l-31 ta’ Diċembru 1993 ma hijiex, għal din ir-raġuni biss, awtomatikament eskluża mis-sistema derogatorja prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE. Fil-fatt, dispożizzjonijiet li, fis-sustanza tagħhom, ikunu identiċi għal leġiżlazzjoni preċedenti jew li jkunu limitata għat-tnaqqis jew għat-tneħħija ta’ ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet Komunitarji li jinsabu fil-leġiżlazzjoni preċedenti, jaqgħu taħt din is-sistema, iżda huma esklużi minnha d-dispożizzjonijiet li jkunu bbażati fuq loġika differenti minn dik tad-dritt preċedenti u li jistabbilixxu proċeduri ġodda (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 192, u tal-24 ta’ Mejju 2007, Holböck,C‑157/05, EU:C:2007:297, punt 41). |
89 |
Issa f’dawn iċ-ċirkustanzi għandu jitqies li Stat Membru jirrinunzja għall-possibbiltà prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE wkoll meta, mingħajr ma jħassar jew jemenda formalment il-leġiżlazzjoni eżistenti, huwa jikkonkludi ftehim internazzjonali, bħal ftehim ta’ assoċjazzjoni, li jipprevedi, f’dispożizzjoni li għandha effett dirett, liberalizzazzjoni ta’ kategorija tal-kapital prevista f’dan l-Artikolu 64(1). Konsegwentement, din l-emenda tal-qafas legali għandha tiġi assimilata, fl-effetti tagħha fuq il-possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64(1) TFUE, mal-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, li hija bbażata fuq loġika differenti minn dik tal-leġiżlazzjoni eżistenti. |
90 |
Fil-fatt, liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital prevista minn ftehim internazzjonali tiċċaħħad minn kull effett utli jekk, fis-sitwazzjonijiet fejn dan il-ftehim jmur kontra leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, dan tal-aħħar ikun jista’ jkompli japplika din il-leġiżlazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 64(1) TFUE. |
91 |
Għaldaqstant, il-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu għandhom jiġu interpretati sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn il-ftehimiet jipprevedux, f’dispożizzjonijiet li għandhom effett dirett, liberalizzazzjoni tal-investimenti diretti kkonċernati mis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
92 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tlettax u għall-erbatax-il domanda għandha tkun li l-Artikolu 64 (1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
Fuq l-interpretazzjoni tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu
93 |
Permezz tal-ewwel sal-għaxar domandi, il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti tal-Portugall tista’ tnaqqas mill-valur taxxabbli tagħha d-dividendi rċevuti minn kumpannija residenti ta’ dan l-istess Stat Membru, iżda ma tistax tnaqqas id-dividendi mqassma minn kumpannija residenti tat-Tuneżija jew tal-Libanu. |
94 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, trattat internazzjonali għandu jiġi interpretat mhux biss skont it-termini li fihom huwa fformulat, iżda wkoll fid-dawl tal-għanijiet tiegħu. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati, tat-23 ta’ Mejju 1969 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 1155, p. 331) jispeċifika li trattat għandu jiġi interpretat bona fide, skont is-sens ordinarju li għandu jingħata lit-termini tiegħu fil-kuntest tagħhom, u fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tiegħu (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-25 ta’ Frar 2010, Brita,C‑386/08, EU:C:2010:91, punti 42 u 43 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
95 |
F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-effett dirett tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim fl-ordinament ġuridiku tal-partijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta din il-kwistjoni ma tkunx ġiet irregolata fil-ftehim inkwistjoni, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi dwarha bl-istess mod bħalma tiddeċiedi kull kwistjoni oħra ta’ interpretazzjoni relatata mal-applikazzjoni ta’ ftehimiet fl-Unjoni (sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2006, Gattoussi,C‑97/05, EU:C:2006:780, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan huwa l-każ kemm fir-rigward tal-Ftehim KE-Tuneżija kif ukoll fir-rigward tal-Ftehim KE-Libanu. |
96 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, dispożizzjoni ta’ ftehim konkluż mill-Unjoni ma’ Stati terzi għandha titqies li għandha effett dirett meta, fid-dawl tat-termini tagħha kif ukoll tal-għan u tan-natura ta’ dan il-ftehim, hija timponi obbligu ċar u preċiż li mhuwiex suġġett, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-adozzjoni ta’ ebda att sussegwenti (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-27 ta’ Settembru 2001, Gloszczuk,C‑63/99, EU:C:2001:488, punt 30; tat-8 ta’ Mejju 2003, Wählergruppe Gemeinsam,C‑171/01, EU:C:2003:260, punt 54; tat-12 ta’ April 2005, Simutenkov,C‑265/03, EU:C:2005:213, punt 21, u tal-14 ta’ Diċembru 2006, Gattoussi,C‑97/05, EU:C:2006:780, punt 25). |
Fuq il-Ftehim KE-Tuneżija
– Fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti (l-ewwel u t-tielet domandi)
97 |
Permezz tal-ewwel u tat-tielet domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 31 u 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija għandhomx effett dirett u, fil-każ ta’ risposta affermattiva, jekk is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt dawn id-dispożizzjonijiet. |
98 |
Peress li, kif ġie spjegat fil-punt 91 ta’ din is-sentenza, l-interpretazzjoni tal-Ftehim KE-Tuneżija għandha tippermetti li jiġi ddeterminat jekk dan il-ftehim jipprevedix, f’dispożizzjonijiet li għandhom effett dirett, liberalizzazzjoni tal-investimenti diretti kkonċernati mis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju, dwar l-Artikolu 31 tal-imsemmi ftehim, li jirrigwarda d-dritt ta’ stabbiliment u s-servizzi. |
99 |
F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija, għandu jiġi kkonstatat li dan l-artikolu jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, f’termini ċari, preċiżi u inkundizzjonati, obbligu tal-Komunità u tar-Repubblika tat-Tuneżija li jiżguraw, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fil-kont kapitali u mid-dħul fis-seħħ tal-imsemmi ftehim, il-moviment liberu tal-kapital li jikkonċerna l-investimenti diretti fit-Tuneżija, magħmula minn kumpanniji kkostitwiti skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll il-likwidazzjoni u r-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti u ta’ kull profitt li jirriżulta minnhom. |
100 |
Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi obbligu ta’ riżultat preċiż, li jista’ jiġi invokat minn parti f’kawża quddiem qorti nazzjonali sabiex titlob lil din tal-aħħar teskludi d-dispożizzjonijiet li jagħtu lok għal ostakolu għall-moviment liberu tal-kapital jew tapplika fil-konfront tagħha l-leġiżlazzjoni, li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħha jagħti lok għal dan l-ostakolu għall-moviment liberu tal-kapital, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ applikazzjoni addizzjonali għal dan il-għan (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-27 ta’ Settembru 2001, Kondova,C‑235/99, EU:C:2001:489, punt 34, u tas-27 ta’ Settembru 2001, Barkoci u Malik, C‑257/99, EU:C:2001:491, punt 34). |
101 |
Il-konstatazzjoni li l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital li jikkonċerna l-investimenti diretti fit-Tuneżija, stabbilit fl-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija, jista’ jirregola direttament is-sitwazzjoni tal-individwi ma huwiex ikkonfutat mill-Artikolu 34(2) ta’ dan il-ftehim. |
102 |
Fil-fatt, l-Artikolu 34(1) tal-imsemmi ftehim, li skontu l-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Tuneżija u jilliberalizzawh għalkollox meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għal liberalizzazzjoni ulterjuri tal-movimenti tal-kapital mhux previsti fl-Artikolu 34(1) tal-istess ftehim. |
103 |
Barra minn hekk, tali konstatazzjoni tal-effett dirett tal-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija ma hijiex kontradetta mis-suġġett u mill-iskop ta’ dan il-ftehim. Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat li l-imsemmi ftehim, skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra. L-għan tal-Ftehim KE-Tuneżija, li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(2) tiegħu, huwa, b’mod partikolari, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni progressiva tal-kapital, isostni l-interpretazzjoni li, minn naħa, l-movimenti tal-kapital previsti fl-Artikolu 34(1) ta’ dan il-ftehim jibbenefikaw minn liberalizzazzjoni mid-dħul fis-seħħ tal-imsemmi ftehim, u, min-naħa l-oħra, l-movimenti tal-kapital l-oħra ser jiġu progressivament liberalizzati, skont l-Artikolu 34(2) tal-imsemmi ftehim. |
104 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija għandu effett dirett u jista’ jiġi invokat minn individwu quddiem qorti. |
105 |
Konsegwentement, għandu jiġi vverifikat jekk sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija. |
106 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li skont it-termini tiegħu, l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija jirreferi għat-tranżazzjonijiet fil-kont kapitali u jirrigwarda l-investimenti diretti fit-Tuneżija, magħmula minn kumpanniji kkostitwiti skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll il-likwidazzjoni u r-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti u ta’ kull profitt li jirriżulta minnhom. |
107 |
Issa r-riċezzjoni minn kumpannija residenti tal-Portugall ta’ dividendi minn kumpannija residenti tat-Tuneżija, minħabba ż-żamma ta’ holding li jirrappreżenta 98.72 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija li tqassam, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, kif ġie kkonstatat fil-punt 79 ta’ din is-sentenza, tali holding jista’ jitqies li huwa investiment dirett u r-riċezzjoni ta’ dividendi relatata ma’ dan il-holding taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ripatrijazzjoni tal-profitti” li jirriżultaw minnu. |
108 |
Konsegwentement, għandu jitqies li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija. |
109 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett u jista’ jiġi invokat f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha kumpannija residenti tal-Portugall tirċievi dividendi minn kumpannija residenti tat-Tuneżija minħabba l-investiment dirett li hija għamlet fil-kumpannija li tqassam, bil-għan li jiġi kkontestat it-trattament fiskali mogħti lil dawn id-dividendi fil-Portugall. |
110 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punt 98 ta’ din is-sentenza, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda. |
– Fuq il-portata tal-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija (ir-raba’ sas-sitt domandi)
111 |
Permezz tar-raba’ sas-sitt domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija, moqri flimkien mal-Artikolu 89 ta’ dan il-ftehim, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’ twettaq tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-valur taxxabbli tagħha tad-dividendi rċevuti, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpannija residenti tal-istess Stat Membru, iżda ma tistax twettaq tali tnaqqis meta l-kumpannija li tqassam tkun residenti tat-Tuneżija. |
112 |
Kif ġie kkonstatat fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikun hemm ħelsien jew tnaqqis mit-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi rċevuti minn kumpannija residenti meta l-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi tkun stabbilita fil-Portugall, filwaqt li dan ma jkunx il-każ meta l-kumpannija li tqassam id-dividendi tkun stabbilita fit-Tuneżija. |
113 |
Din id-differenza fit-trattament tista’ tiddisswadi lill-kumpanniji residenti tal-Portugall milli jwettqu investimenti diretti f’kumpanniji stabbiliti fit-Tuneżija. Fil-fatt, sa fejn id-dħul minn kapital li jkun ġej minn dan l-Istat terz huwa suġġett għal trattament fiskali inqas favorevoli minn dak mogħti lid-dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fil-Portugall, l-ishma tal-kumpanniji stabbiliti fit-Tuneżija jkunu inqas attraenti għall-investituri li jirrisjedu fil-Portugall minn dawk ta’ kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 64, u tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 80). |
114 |
Tali trattament żvantaġġuż għalhekk jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, li, bħala prinċipju, hija pprojbita, f’dak li jirrigwarda l-investimenti diretti u, b’mod partikolari, ir-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti, mill-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija. |
115 |
Għandu jiġi vverifikat ukoll jekk, kif tistaqsi, essenzjalment, il-qorti tar-rinviju permezz tal-ħames domanda tagħha, l-effett tal-Artikolu 34(1) ta’ dan il-ftehim huwiex limitat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Artikolu 89 tal-imsemmi ftehim. |
116 |
Qabelxejn, f’dak li jirrigwarda l-ewwel inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija, li skontu l-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim ma għandu jkollha l-effett li testendi l-vantaġġi mogħtija minn parti fil-qasam fiskali fi kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali li hija marbuta bih din il-parti, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-projbizzjoni tar-restrizzjoni kkonstatata fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza tirriżulta mill-Ftehim KE-Tuneżija nnifsu u ma jirriżultax mill-estensjoni tal-vantaġġi previsti minn ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor. Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħu, SECIL ma tfittixx li tikseb vantaġġ mogħti mir-Repubblika Portugiża fi ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor. |
117 |
Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda t-tieni inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija, li skontu l-ftehim ma għandux l-effett li jimpedixxi l-adozzjoni jew l-applikazzjoni, minn parti, ta’ kwalunkwe miżura maħsuba għall-evitar tal-frodi jew l-evażjoni fiskali, għandu jitqies li, sabiex l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija jkun jista’ jżomm l-effett utli tiegħu, it-tieni inċiż tal-Artikolu 89 ta’ dan il-ftehim għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huma dawk li huma maħsuba speċifikament għall-evitar tal-frodi jew l-evażjoni fiskali. |
118 |
Issa kif ġie speċifikat fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali teskludi b’mod ġenerali l-possibbiltà li jinkiseb vantaġġ fiskali li jikkonsisti fil-ħelsien jew fit-tnaqqis tat-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpanniji stabbiliti, b’mod partikolari, fit-Tuneżija, mingħajr ma tfittex speċifikament li timpedixxi aġir li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ arranġamenti purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika, intiżi għall-evażjoni tat-taxxa normalment dovuta jew għall-kisba ta’ vantaġġ fiskali. |
119 |
Peress li, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt miżuri maħsuba għall-evitar tal-frodi jew l-evażjoni fiskali, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt l-ipoteżi prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija. |
120 |
Fl-aħħar nett, it-tielet inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija jipprovdi li dan il-ftehim ma għandux l-effett li jostakola d-dritt ta’ parti li tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħha għall-persuni taxxabbli li ma humiex f’sitwazzjoni identika f’dak li jirrigwarda l-post ta’ residenza tagħhom. Issa, f’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tagħmel distinzjoni mhux skont ir-residenza tal-persuna taxxabbli, jiġifieri l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi, iżda tabilħaqq skont il-post ta’ residenza tal-kumpannija li tqassam id-dividendi, u għalhekk, skont il-post fejn huwa investit il-kapital tal-persuna taxxabbli. Konsegwentement, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali lanqas ma taqa’ taħt l-ipoteżi prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija. |
121 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ħames domanda għandha tkun li l-effett tal-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija ma huwiex limitat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Artikolu 89 ta’ dan il-ftehim. |
122 |
Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-trattament restrittiv mogħti lid-dividendi kkonċernati jistax madankollu jkun iġġustifikat min-neċessità li tiġi ppreżervata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, minħabba, b’mod partikolari, l-assenza, bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tat-Tuneżija, ta’ qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva ekwivalenti għal dak stabbilit bejn l-Istati Membri permezz tad-Direttiva 77/799, li kienet fis-seħħ fid-data meta seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
123 |
Għall-finijiet li jiġi deċiż jekk raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tirrigwarda n-neċessità li tiġi ppreżervata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali tistax tiġġustifika restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, iggarantit fl-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija, dan il-ftehim għandu jiġi analizzat fid-dawl tal-iskop u tal-kuntest tiegħu, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 94 ta’ din is-sentenza. |
124 |
Skont l-Artikolu 1 tiegħu, il-Ftehim KE-Tuneżija li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, ifittex, b’mod partikolari, li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ fil-merkanzija, fis-servizzi u fil-kapital, kif ukoll li jiffavorixxi l-kummerċ u li jiżgura l-espansjoni ta’ relazzjonijiet ekonomiċi u soċjali bbilanċjati bejn il-partijiet. |
125 |
Dan il-ftehim ma huwiex intiż għall-ħolqien ta’ suq intern, paragunabbli ma’ dak li huwa stabbilit mit-Trattat FUE, u lanqas għat-twettiq, bħall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-“Ftehim ŻEE”), bl-iktar mod komplet possibbli, tal-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital, b’mod li s-suq intern imwettaq fit-territorju tal-Unjoni jiġi estiż għall-Istati li huma partijiet f’dan il-ftehim (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Settembru 2003, Ospelt u Schlössle Weissenberg, C‑452/01, EU:C:2003:493, punt 29). |
126 |
Issa peress li n-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali hija aċċettata bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni għall-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE u mill-Ftehim ŻEE, tali ġustifikazzjoni għandha, a fortiori, tiġi aċċettata fil-kuntest tal-Ftehim KE-Tuneżija. |
127 |
Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 125 tal-konklużjonijiet tiegħu, jidher li huwa eskluż, fid-dawl tal-iskop u tal-kuntest tal-Ftehim KE-Tuneżija, li l-partijiet fl-imsemmi ftehim riedu jagħtu libertà totali lill-moviment tal-kapital bejn l-Unjoni u t-Tuneżija, filwaqt li jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet kemm fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri kif ukoll fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Istat l-oħra li huma partijiet fil-Ftehim ŻEE. |
128 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-analiżi magħmula fil-punti 63 sa 68, 70 u 71 ta’ din is-sentenza tista’ tiġi trasposta għall-analiżi li qiegħda ssir fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għall-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija, filwaqt li dan il-ftehim ma ppreveda ebda obbligu għar-Repubblika tat-Tuneżija li tipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet Portugiżi. |
129 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
Fuq il-Ftehim KE-Libanu
– Fuq l-effett dirett tal-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu (is-seba’ domanda)
130 |
Permezz tas-seba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu għandux effett dirett u jistax, fid-dawl tal-Artikolu 33 tal-imsemmi ftehim, jiġi invokat fil-kawża prinċipali. |
131 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, billi jistipula li, fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim KE-Libanu, u bla ħsara għall-Artikoli 33 u 34 ta’ dan tal-aħħar, bejn il-Komunità, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni għall-moviment tal-kapital u lanqas ma għandu jkun hemm kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew fuq il-post ta’ residenza taċ-ċittadini tagħhom jew fuq il-post fejn jiġi investit dan il-kapital, l-Artikolu 31 ta’ dan il-ftehim jistabbilixxi, f’termini ċari u inkundizzjonati, obbligu ta’ riżultat preċiż, li jista jiġi invokat minn parti f’kawża quddiem il-qrati, sabiex titlob li jiġu esklużi d-dispożizzjonijiet li jagħtu lok għar-restrizzjoni jew għad-diskriminazzjoni jew li tiġi applikata fil-konfront tagħha l-leġiżlazzjoni li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħha jagħti lok għal din ir-restrizzjoni jew id-diskriminazzjoni, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ applikazzjoni addizzjonali għal dan il-għan (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-27 ta’ Settembru 2001, Kondova,C‑235/99, EU:C:2001:489, punt 34, u tas-27 ta’ Settembru 2001, Barkoci u Malik, C‑257/99, EU:C:2001:491, punt 34). |
132 |
Huwa minnu li l-portata tal-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu hija limitata mill-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 33(1) ta’ dan il-ftehim. Madankollu, tali eċċezzjoni ma tistax tipprekludi li l-imsemmi Artikolu 31 jagħti drittijiet lill-individwi li huma jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2007, A,C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 26). |
133 |
Il-konstatazzjoni li l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu għandu effett dirett ma hijiex kontradetta mis-suġġett u mill-iskop ta’ dan il-ftehim. Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat li l-Ftehim KE-Libanu, skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra. L-għan ta’ dan il-ftehim, li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(2) tiegħu, huwa, b’mod partikolari, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ fil-kapital, isostni l-interpretazzjoni li l-movimenti tal-kapital li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja, prevista fl-Artikolu 33(1) tal-imsemmi ftehim jibbenefikaw minn liberalizzazzjoni mid-dħul fis-seħħ tal-istess ftehim. |
134 |
F’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu tabilħaqq jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 33(1) ta’ dan il-ftehim, l-Artikolu 31 ta’ dan tal-aħħar ma għandux jostakola l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet eżistenti bejn il-Komunità u r-Repubblika Libaniża fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi ftehim fir-rigward tal-moviment tal-kapital bejniethom li jinvolvi investimenti diretti, bħall-investimenti fi proprjetà immobbli, l-istabbiliment, il-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fis-swieq tal-kapital. |
135 |
Madankollu, il-portata tal-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 33(1) tal-Ftehim KE-Libanu hija limitata mill-Artikolu 33(2) tiegħu, li jipprovdi li t-trasferiment barra mill-pajjiż tal-investimenti magħmula fil-Libanu minn persuni li jirrisjedu fil-Komunità jew magħmula fil-Komunità minn persuni li jirrisjedu fil-Libanu, kif ukoll il-profitti li jirriżultaw minnhom, ma għandux ikun affettwat. |
136 |
Peress li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda t-trattament fiskali tad-dividendi li jirriżultaw minn investimenti diretti magħmula fil-Libanu minn persuna li tirrisjedi fil-Portugall, din is-sitwazzjoni taqa’ taħt l-ipoteżi prevista fl-Artikolu 33(2) tal-Ftehim KE-Libanu. Konsegwentement, l-Artikolu 33(1) ta’ dan il-ftehim ma jipprekludix li l-Artikolu 31 tiegħu jiġi invokat f’dan il-każ. |
137 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għas-seba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
– Fuq il-portata tal-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu (it-tmien sal-għaxar domandi)
138 |
Permezz tat-tmien sal-għaxar domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu, moqri flimkien mal-Artikolu 85 ta’ dan il-ftehim, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’ twettaq tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-valur taxxabbli tagħha tad-dividendi rċevuti, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpannija residenti tal-istess Stat Membru, iżda ma tistax twettaq tali tnaqqis meta l-kumpannija li tqassam tkun residenti tal-Libanu. |
139 |
Kif ġie kkonstatat fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikun hemm ħelsien jew tnaqqis mit-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi rċevuti minn kumpannija residenti meta l-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi tkun stabbilita fil-Portugall, filwaqt li dan ma jkunx il-każ meta l-kumpannija li tqassam l-imsemmija dividendi tkun stabbilita fil-Libanu. |
140 |
Din id-differenza fit-trattament abbażi tal-post fejn il-kapital huwa investit tista’ tiddisswadi lill-kumpanniji residenti tal-Portugall milli jagħmlu investimenti f’kumpanniji stabbiliti fil-Libanu. Fil-fatt, sa fejn id-dħul mill-kapital li joriġina minn dan l-Istat terz huwa suġġett għal trattament fiskali inqas favorevoli minn dak mogħti lid-dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fil-Portugall, l-ishma tal-kumpanniji stabbiliti fil-Libanu huma inqas attraenti għall-investituri li jirrisjedu fil-Portugall minn dawk ta’ kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 64, u tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 80). |
141 |
Għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fir-rigward ta’ regola fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża għall-ħelsien jew għat-tnaqqis tat-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi li joriġinaw fi Stat terz hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali, sa fejn, fiż-żewġ każijiet, il-profitti magħmula jistgħu, bħala prinċipju, ikunu suġġetti għal sensiela ta’ taxxi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 62, u tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 84). |
142 |
Konsegwentement, tali trattament żvantaġġuż huwa pprojbit, bħala prinċipju, mill-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
143 |
Għandu jiġi vverifikat ukoll jekk, kif tistaqsi, essenzjalment, il-qorti tar-rinviju permezz tad-disa’ domanda tagħha, l-effett tal-Artikolu 31 ta’ dan il-ftehim huwiex limitat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Artikolu 85 tal-imsemmi ftehim. |
144 |
Qabelxejn, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 85(1) tal-Ftehim KE-Libanu, li skontu, fir-rigward tat-tassazzjoni diretta, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim ma għandu jkollha l-effett li testendi l-vantaġġi mogħtija minn parti fil-qasam fiskali fi kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali li hija marbuta bih din il-parti, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-projbizzjoni tar-restrizzjoni kkonstatata fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza tirriżulta mill-Ftehim KE-Libanu nnifsu u ma toriġinax mill-estensjoni tal-vantaġġi previsti minn ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor. Barra minn hekk, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħu, SECIL ma tfittixx li tikseb vantaġġ mogħti mir-Repubblika Portugiża fi ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor. |
145 |
Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 85(b) tal-Ftehim KE-Libanu, li skontu dan il-ftehim ma għandux ikollu l-effett li jimpedixxi l-adozzjoni jew l-applikazzjoni minn parti ta’ kwalunkwe miżura maħsuba għall-evitar tal-frodi jew l-evażjoni fiskali, għandu jitqies li, sabiex l-Artikolu 31 tal-imsemmi ftehim ikun jista’ jżomm l-effett utli tiegħu, l-artikolu 85(b) tal-istess ftehim għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huma dawk li huma maħsuba għall-evitar tal-frodi jew l-evażjoni fiskali. |
146 |
Issa kif ġie speċifikat fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali teskludi b’mod ġenerali l-possibbiltà li jinkiseb vantaġġ fiskali, li jikkonsisti fil-ħelsien jew fit-tnaqqis tat-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpanniji stabbiliti b’mod partikolari fil-Libanu, mingħajr ma tfittex speċifikament li timpedixxi aġir li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ arranġamenti purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika, intiżi għall-evażjoni tat-taxxa normalment dovuta jew għall-kisba ta’ vantaġġ fiskali. |
147 |
Peress li, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt miżuri maħsuba għall-evitar tal-frodi jew l-evażjoni fiskali, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt l-ipoteżi prevista fl-Artikolu 85(b) tal-Ftehim KE-Libanu. |
148 |
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 85(c) tal-Ftehim KE-Libanu jipprovdi li dan il-ftehim ma għandux l-effett li jostakola d-dritt ta’ parti li tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħha għall-persuni taxxabbli li ma humiex f’sitwazzjoni identika, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-post ta’ residenza tagħhom. Issa, minn naħa, kif ġie rrilevat fil-punt 120 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tagħmilx distinzjoni skont ir-residenza tal-persuna taxxabbli, jiġifieri l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi. |
149 |
Min-naħa l-oħra, huwa minnu li għandu jiġi rrikonoxxut li minħabba l-użu tat-termini “b’mod partikolari” fl-Artikolu 85(c) tal-Ftehim KE-Libanu, jistgħu jaqgħu taħt din id-dispożizzjonijiet id-distinzjonijiet ibbażati fuq fatturi oħra, b’mod partikolari, fuq il-post fejn jiġi investit il-kapital tal-persuna taxxabbli. Madankollu, din id-dispożizzjoni għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu, li jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata, b’mod partikolari, fuq il-post fejn jiġi investit il-kapital. Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn id-differenzi fit-trattament permessi skont l-Artikolu 85(c) tal-Ftehim KE-Libanu u d-diskriminazzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-imsemmi Artikolu 85(c) u huma pprojbiti skont l-Artikolu 31 ta’ dan il-ftehim. |
150 |
Issa fil-punt 55 ta’ din is-sentenza ġie speċifikat li, fir-rigward ta’ regola fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża għall-ħelsien jew għat-tnaqqis tat-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi li joriġinaw fi Stat terz hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali, sa fejn, fiż-żewġ każijiet, il-profitti magħmula jistgħu, bħala prinċipju, ikunu suġġetti għal sensiela ta’ taxxi. |
151 |
Konsegwentement, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali lanqas ma taqa’ taħt l-ipoteżi prevista fl-Artikolu 85(c) tal-Ftehim KE-Libanu. |
152 |
Għaldaqstant, ir-risposta għad-disa’ domanda għandha tkun li l-effett tal-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu ma huwiex limitat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Artikolu 85 ta’ dan il-ftehim. |
153 |
Permezz tal-għaxar domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-trattament restrittiv mogħti lid-dividendi kkonċernati jistax madankollu jkun iġġustifikat min-neċessità li tiġi ppreżervata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, minħabba, b’mod partikolari, l-assenza, bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Libaniża, ta’ qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva ekwivalenti għal dak stabbilit bejn l-Istati Membri permezz tad-Direttiva 77/799, li kienet fis-seħħ fid-data meta seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
154 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 123 sa 127 ta’ din is-sentenza jistgħu jiġu trasposti għall-analiżi tal-Ftehim KE-Libanu, peress li dan tal-aħħar, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tiegħu, ifittex li jilħaq għanijiet analogi għal dawk li jfittex li jilħaq il-Ftehim KE-Tuneżija. |
155 |
Barra minn hekk, peress l-Ftehim KE-Libanu ma ppreveda ebda obbligu għar-Repubblika Libaniża li tipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet Portugiżi, il-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 69 sa 71 ta’ din is-sentenza jistgħu jiġu trasposti għall-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għall-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
156 |
Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
Fuq il-konsegwenzi tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 sa 65 TFUE u tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu għall-kawża prinċipali
157 |
Mir-risposta mogħtija għall-ħdax u għat-tnax-il domanda jirriżulta li r-rifjut li jingħata, skont l-Artikolu 46(1) u (8) tas-CIRC, tnaqqis sħiħ jew parzjali tad-dividendi rċevuti mill-valur taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja jista’ jkun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, meta jirriżulta li jkun impossibbli, għall-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru li tiegħu l-kumpannija benefiċjarja hija residenti, li jiksbu mill-Istat terz li tiegħu l-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi hija residenti, informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam l-imsemmija dividendi hija ssodisfatta. |
158 |
Konsegwentement, jekk, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Konvenzjoni Portugall-Tuneżija, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li tiegħu l-kumpannija benefiċjarja hija residenti jistgħu jiksbu mir-Repubblika tat-Tuneżija, li hija l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tqassam id-dividendi hija residenti, informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni li skontha l-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi għandha tkun suġġetta għat-taxxa hija ssodisfatta, tali raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali ma jistgħux jiġġustifikaw restrizzjoni li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 63 TFUE. |
159 |
F’din is-sitwazzjoni, ir-Repubblika Portugiża lanqas ma tista’ tinvoka l-Artikolu 64(1) TFUE, peress li l-Ftehim KE-Tuneżija, li l-Artikolu 34(1) tiegħu għandu effett dirett, jipprekludi wkoll leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’ twettaq tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-valur taxxabbli tagħha tad-dividendi rċevuti, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpannija residenti ta’ dan l-istess Stat Membru, iżda ma tistax twettaq tali tnaqqis meta l-kumpannija li tqassam tkun residenti tat-Tuneżija. Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, li, bħala prinċipju, hija pprojbita, f’dak li jirrigwarda l-investimenti diretti u, b’mod partikolari, ir-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti, mill-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija. Tali restrizzjoni ma tkunx iġġustifikata jekk l-awtoritajiet fiskali Portugiżi jkunu jistgħu jiksbu mir-Repubblika tat-Tuneżija, li hija l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tqassam id-dividendi hija residenti, informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni dwar it-tassazzjoni tal-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi hija ssodisfatta. |
160 |
Fil-fatt, it-tibdil fil-kuntest ġuridiku li jirriżulta mill-introduzzjoni ta’ tali dispożizzjoni fil-Ftehim KE-Tuneżija għandu jiġi assimilat, f’dak li jirrigwarda l-effetti tiegħu fuq il-possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64(1) TFUE, mal-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, ibbażata fuq loġika differenti minn dik tal-leġiżlazzjoni eżistenti. |
161 |
Mir-risposta mogħtija għall-ewwel sal-għaxar domandi u għall-ħdax u għat-tnax-il domanda jirriżulta wkoll li l-Artikoli 63 u 65 TFUE kif ukoll l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija u l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu jipprekludu rifjut li jingħata, skont l-Artikolu 46(11) tas-CIRC, tnaqqis parzjali tad-dividendi rċevuti mill-valur taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja, meta din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata f’sitwazzjonijiet fejn l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpanniji li jqassmu dawn id-dividendi, fit-Tuneżija u fil-Libanu, li huma l-Istati li tagħhom dawn il-kumpanniji huma residenti, ma jistax jiġi vverifikat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina. |
162 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għar-raġunijiet spjegati fil-punti 87 sa 90 u, mutatis mutandis, fil-punt 160 ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Portugiża lanqas ma tista’ tinvoka l-Artikolu 64(1) TFUE, sabiex tkun tista’ tkompli tapplika l-leġiżlazzjoni li minnha tirriżulta r-restrizzjoni msemmija iktar ’il fuq. |
163 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Artikolu 63 TFUE jimponi fuq Stat Membru li japplika sistema ta’ ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika fil-każ ta’ dividendi mħallsa lil residenti minn kumpanniji residenti, li jagħti trattament ekwivalenti lid-dividendi mħallsa lil residenti minn kumpanniji mhux residenti (ara s-sentenzi tal-10 ta’ Frar 2011, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen, C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 60, u tat-13 ta’ Novembru 2012, Test Claimants in the FII Group Litigation,C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 38). |
164 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li d-dritt li jinkiseb ir-rimbors ta’ taxxi miġbura fi Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, u għalhekk, bħala prinċipju, l-Istat Membru huwa obbligat jirrimborsa t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tal-15 ta’ Settembru 2011, Accor,C‑310/09, EU:C:2011:581, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
165 |
L-unika eċċezzjoni għad-dritt għar-rimbors tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni tirrigwarda l-ipoteżi fejn taxxa mhux dovuta tkun ġiet ittrasferita direttament mill-persuna taxxabbli fuq persuna taxxabbli oħra (ara s-sentenzi tas-6 ta’ Settembru 2011, Lady & Kid et, C‑398/09, EU:C:2011:540, punt 18, u tal-15 ta’ Settembru 2011, Accor,C‑310/09, EU:C:2011:581, punti 72 u 74). |
166 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta Stat Membru jkun ġabar taxxi bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, l-individwi għandhom dritt għar-rimbors mhux biss tat-taxxa miġbura indebitament, iżda wkoll għall-ammonti mħallsa lil dan l-Istat jew miżmuma minnu b’relazzjoni diretta ma’ din it-taxxa (ara s-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2014, Nicula,C‑331/13, EU:C:2014:2285, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
167 |
Minn dan isegwi li l-awtoritajiet Portugiżi huma obbligati jirrimborsaw, bl-interessi, l-ammonti miġbura bi ksur tal-Artikoli 63 u 65 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
168 |
Dawn l-ammonti jikkorrispondu għad-differenza bejn l-ammont imħallas minn SECIL u dak li hija messha ħallset, skont l-Artikolu 46(1), l-Artikolu 46(8) jew l-Artikolu 46(11) tas-CIRC, li kieku, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dividendi mqassma minn Ciments de Gabès u Ciments de Sibline kellhom jitqiesu li tħallsu minn kumpannija stabbilita fil-Portugall. |
169 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata lill-qorti tar-rinviju, f’dak li jirrigwarda l-konsegwenzi tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 sa 65 TFUE u tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu għall-kawża prinċipali, għandha tkun li:
|
Fuq l-ispejjeż
170 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.