This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CC0398
Opinion of Advocate General Cruz Villalón delivered on 22 September 2015.#European Commission v Portuguese Republic.#Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 91/271/EEC — Urban waste water treatment — Article 4 — Secondary treatment or equivalent — Annex I, Sections B and D.#Case C-398/14.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali P. Cruz Villalón, ippreżentati fit-22 ta’ Settembru 2015.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikolu 4 – Trattament sekondarju jew ekwivalenti – Anness I, punti B u D.
Kawża C-398/14.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali P. Cruz Villalón, ippreżentati fit-22 ta’ Settembru 2015.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikolu 4 – Trattament sekondarju jew ekwivalenti – Anness I, punti B u D.
Kawża C-398/14.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2015:625
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
CRUZ VILLALÓN
ippreżentati fit-22 ta’ Settembru 2015 ( 1 )
Kawża C‑398/14
Il-Kummissjonivs
Ir-Repubblika Portugiża
(Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni kontra r-Repubblika Portugiża)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Ilma urban mormi — Trattament — Mument li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-issodisfar tat-twettiq tal-obbligu impost mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271/KEE — Punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271/KEE — Proċedura ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma trattat”
1. |
Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni tallega li r-Repubblika Portugiża kisret l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE ( 2 ), billi ssostni, b’mod partikolari, li sabiex ikun hemm konformità ma’ dan l-artikolu ma hijiex biżżejjed l-installazzjoni ta’ impjanti tat-trattament, iżda huwa meħtieġ ukoll li jitwettqu b’suċċess il-kontrolli previsti fil-punt D tal-Anness I ta’ dik id-direttiva. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-opportunità li tanalizza b’mod espliċitu l-problemi tar-rabta bejn l-Artikolu 4 tad-Direttiva u l-punt D tal-Anness I msemmi qabel, lil hinn mill-eżistenza ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni iżolata min-naħa tagħha. |
2. |
Matul il-proċedura prekontenzjuża, u fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kemm il-Kummissjoni kif ukoll ir-Repubblika Portugiża ffokaw l-argument tagħhom fuq l-identifikazzjoni tal-agglomerazzjonijiet speċifiċi li ma kinux konformi mal-kriterju tal-konformità tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 sostnut mill-Kummissjoni. |
3. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja stiednet lill-partijiet, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex matul is-seduta pubblika jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jikkonformaw ma’ dak l-artikolu; b’mod partikolari jekk għandux jiġi indirizzat il-mument minn meta jibda jiffunzjona l-impjant jew jekk, skont il-punt D tal-Anness I tad-Direttiva – fejn l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li japplikaw metodu ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-iskariki –, kienx neċessarju li tiddekorri sena mit-tħaddim tal-impjant, fejn titqajjem il-kwistjoni tar-rabta possibbli bejn dan il-punt D u l-Artikolu 4(1) u(3) tad-Direttiva 91/271. |
I – Il-kuntest legali
A – Id-dritt tal-Unjoni
4. |
L-ewwel, it-tielet, ir-raba’ u t-tmien premessa tad-Direttiva 91/271 jipprevedu: “Billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1988 [ ( 3 ) ] dwar il-protezzjoni tal-Baħar tat-Tramuntana u ta’ ibħra oħra fil-Komunità kienet stiednet lill-Kummissjoni biex tissottometti proposti għall-miżuri meħtieġa fuq livell ta’ Komunità għat-trattament ta’ ilma urban mormi; […] Billi biex jigi prevenut illi l-ambjent jiġi effetwat negattivament mit-tneħħija ta’ ilma urban mormi li ma jkunx itrattat suffiċjentement, hemm bżonn ġenerali għal trattament sekondarju ta’ ilma urban mormi; Billi huwa meħtieġ li f’żoni sensittivi jkun hemm aktar trattament strett; billi f’ċertu żoni inqas sensittivi trattament primarju jista’ jkun ikkunsidrat bħala wieħed xieraq; […] Billi huwa meħtieġ li jkunu sorveljati l-impjanti ta’ trattament, l-ilmijiet li fihom jintefa ’l-ilma mormi u d-disponiment ta’ ħama biex jiġi żgurat li l-ambjent ikun protett mill-effetti negattivi kkawżati mill-iskariki ta’ ilma mormi; […]”. |
5. |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/271 jipprevedi dan li ġej: “Din id-Direttiva tikkonċerna l-ġbir, it-trattament u l-iskariki ta’ ilma mormi urban u t-trattment u l-iskariki ta’ ilma mormi minn ċertu setturi industrijali. L-għan tad-Direttiva huwa li tipproteġi l-Ambjent minn effetti negattivi iskariki ta’ ilma mormi hawn fuq imsemmija.” |
6. |
B’mod konformi mal-Artikolu 2 tal-istess direttiva, “Għall-għan ta’ din id-Direttiva:
[…]
[…]
[…]”. |
7. |
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/271: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma mormi urban:
[…]”. |
8. |
L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jipprevedi kif ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir għandu ma jkun skarikat ikun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti ieħor kif ġej:
[…] 3. Skariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jilħqu l-kriterji relevanti ta’ l-Anness I. B. […]. 4. It-toqol espress f’termini ta’ e.p. għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tat-toqol massimu medju ta’ ġimgħa li jidħol fl-impjant ta’ trattament matul is-sena, esklużi biss sitwazzjonijiet mhux tas-soltu bħal dawk li jiġu kkawżati minn xita qalila”. |
9. |
B’mod konformi mal-Artikolu 15(1) tad-direttiva msemmija: “L-awtoritjiet kompetenti jew l-entitajiet xierqa għandhom jissorveljaw:-
[…]”. |
10. |
L-Anness I tad-Direttiva 91/271, taħt it-titolu “Rekwiżiti għall-ilma mormi urban”, jinqasam f’dawn l-erba’ paragrafi segwenti: A. Sistemi ta’ ġbir; B. Skarikar minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi għall-ilmijiet li riċeventi; C. Ilma mormi industrijali; D. Metodi ta’ referenza għal sorveljanza u evalwazzjoni tar-riżultati. |
11. |
B’mod konformi mal-punt B tal-Anness I:
|
12. |
Il-punt D tal-Anness I tad-Direttiva jipprevedi:
[…]”. |
13. |
It-tabella 1 tal-Anness I tad-Direttiva 91/271 tinkludi “Ħtiġiet għar-rimi minn makkinarju għat-trattament ta’ skart urban ta’ ilma skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva […]”. |
B – Id-dritt nazzjonali
14. |
Id-Direttiva 91/271 ġiet trasposta fid-dritt Portugiż permezz tad-Digriet-Liġi Nru 152/97, tad-19 ta’ Ġunju 1997 ( 4 ). |
15. |
L-Artikolu 5(2) tad-Digriet-Liġi Nru 152/97 imsemmi jipprevedi termini partikolari sabiex l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4 tiegħu jadottaw il-metodi meħtieġa sabiex l-iskart attwali jew previst fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu suġġetti għal trattament sekondarju. B’mod partikolari, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2005 hija stabbilita għall-agglomerazzjonijiet b’e.p. ikbar minn 10000 u inqas minn jew ekwivalenti għal 15000 u għall-agglomerazzjonijiet b’e.p. ikbar minn 2000 u inqas minn jew ekwivalenti għal 10000 f’każ ta’ skariki ta’ ilma ħelu jew estwarju. |
16. |
Skont l-Artikolu 14 tad-Digriet-Liġi Nru 152/97, il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(2) huwa reat punibbli b’multa. |
II – Il-proċedura ta ’ ksur
17. |
Il-proċedura ta’ qabel il-preżentata ta’ dan ir-rikors bdiet fl-2009 u s-suġġett tagħha kien il-ksur potenzjali mir-Repubblika Portugiża tal-Artikoli 3, 4 u 10 tad-Direttiva 91/271 rigward 186 agglomerazzjoni. |
18. |
Matul il-proċedura ta’ qabel, ir-Repubblika Portugiża ssodisfat parzjalment ir-rekwiżiti tal-Kummissjoni, b’tali mod li finalment it-talba ta’ din tal-aħħar tiffoka fuq il-ksur tagħha tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 rigward 52 agglomerazzjoni. |
III – Ir-rikors tal-Kummissjoni u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
19. |
Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni sostniet li sabiex ikun hemm konformità mad-dispożizzjoni inkwistjoni ma huwiex biżżejjed li jiġu installati impjanti tat-trattament (obbligu skont l-Artikolu 3 tal-istess Direttiva 91/271), iżda huwa meħtieġ li l-impjanti jkunu jiffunzjonaw u li jagħmlu dan b’tali mod li l-ilma ttrattat jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-direttiva. |
20. |
Fil-fehma tagħha, sabiex jiġi stabbilit jekk l-ilma ttrattat jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness I għandu jkun suġġett għas-sorveljanza prevista fil-punt D tal-Anness I imsemmi matul l-ewwel sena. |
21. |
Il-Gvern Portugiż ma kkontestax dan fir-risposta tiegħu, iżda ffoka l-argument tiegħu fuq il-fatt li l-agglomerazzjonijiet ikkonċernati fir-realtà kienu 26 u li x-xogħlijiet meħtieġa sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit huma avvanzati sew. |
22. |
Kif intqal diġà, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet lill-partijiet biex jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kundizzjonijiet għall-konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, filwaqt li stednithom biex jieħdu pożizzjoni dwar il-kwistjoni speċifika ta’ jekk kienx biżżejjed il-bidu tal-funzjonament tal-impjant jew jekk kienx meħtieġ ukoll li, skont il-punt D tal-Anness I tad-Direttiva, fejn l-Istati Membri huma mitluba jiżguraw li japplikaw metodu ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-iskart, li jmur lil hinn b’mod sodisfaċenti minn dawn il-kontrolli matul l-ewwel sena ta’ tħaddim. |
23. |
Matul is-seduta, il-Kummissjoni sostniet li ma kienx biżżejjed li jinbena impjant ta’ purifikazzjoni, iżda kien meħtieġ li dan jitħaddem b’mod korrett, peress li l-għan tad-Direttiva 91/271 huwa li tiżgura l-kwalità tal-ilma ttrattat, u mhux sempliċement il-bini ta’ impjanti tat-trattament. Għall-Kummissjoni, it-tħaddim xieraq tal-impjant jista’ jiġi akkreditat biss billi jitwettqu l-kontrolli previsti fil-punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271, fejn huwa meħtieġ numru minimu annwali ta’ kampjuni meħtieġ skont id-daqs tal-impjant tat-trattament, speċifikament matul l-ewwel sena ta’ tħaddim. |
24. |
Ir-Repubblika Portugiża, min-naħa tagħha, tqis li l-mument rilevanti għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva, huwa minn meta jibda jitħaddem l-impjant tat-trattament; b’mod iktar konkret, il-mument li minn meta jibda jitħaddem l-impjant, jitwettaq b’suċċess l-ewwel kontroll tal-kwalità tal-iskart. |
IV – Evalwazzjoni
A – Preliminari
25. |
Kif huwa diġà magħruf, il-fatt li Stat Membru ma jikkontestax il-ksur allegat mill-Kummissjoni ma jwaqqafx lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tivverifika jekk l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li wasslet lill-Kummissjoni sabiex tressaq l-azzjoni tagħha hijiex korretta jew le. Fil-kliem tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Isvezja, “fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tikkonstata jekk jeżistix jew le l-allegat nuqqas, anki sa fejn l-Istat ikkonċernat ma jikkontestax in-nuqqas” ( 5 ). |
26. |
F’dan il-każ, ir-Repubblika Portugiża inizjalment, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, iddiskutiet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ksur tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 fir-rigward ta’ diversi agglomerazzjonijiet, iżda mingħajr ma kkontestat l-interpretazzjoni ta’ dan l-Artikolu li l-Kummissjoni użat bħala bażi sabiex tikkunsidra li r-Repubblika Portugiża kienet kisret wieħed mill-obbligi tagħha skont it-trattati (l-Artikolu 258 TFUE). |
27. |
Peress li tkun xi tkun ir-risposta tar-Repubblika Portugiża, “hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tikkonstata jekk jeżistix jew le l-allegat nuqqas”, il-partijiet ġew mistiedna, kif diġà ntqal, biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 fir-rigward tal-punt D tal-Anness I tal-istess direttiva. Għal din ir-raġuni, fis-seduta r-Repubblika Portugiża kkontestat l-interpretazzjoni ta’ dak l-artikolu sostnuta mill-Kummissjoni, billi argumentat li jista’ jitqies li huwa miksur biss jekk l-impjant tat-trattament ma jkunx beda jitħaddem fid-data preskritta fih, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiddekorri ż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-kontrolli stabbiliti fil-punt D tal-Anness I. |
28. |
Għalhekk, għandu jiġi stabbilit jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 meħuda mill-Kummissjoni hijiex konformi mal-liġi jew le, minħabba li dan il-fatt iwassal, finalment, għall-eżistenza tal-ksur allegat permezz tal-appell li wassal għal din il-proċedura. |
B – Dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rabta bejn l-Artikolu 4 u l-punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271
29. |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271 jipprevedi li “[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir għandu [qabel] ma jkun skarikat ikun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti ieħor kif ġej”. Dan l-obbligu għandu jiġi ssodisfatt, skont it-tip ta’ agglomerazzjoni, qabel il-31 ta’ Diċembru 2000 jew il-31 ta’ Diċembru 2005. |
30. |
Min-naħa l-oħra, u b’mod konformi mal-Artikolu 4(3), “[l-i]skariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jilħqu l-kriterji relevanti ta’ l-Anness I. B. […]”. |
31. |
Il-punt B tal-Anness I, min-naħa tiegħu, jipprevedi li “[i]mpjanti tat-trattament ta’ l-ilma mormi għandhom ikunu ppjanati u modifikati biex kampjun rappreżentattiv ta’ l-ilma mormi li jkun dieħel u l-effluwent ittrattat ikun jista’ jinkiseb qabel ma dan jintrema fl-ilmijiet riċeventi”, u l-paragrafu 2 jipprevedi li “[s]kariki minn impjant tat-trattment ta’ l-ilma mormi urban soġġetti għat-trattament skond l-Artikoli 4 u 5 għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet murija fit-Tabella 1.” |
32. |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, madankollu, ma jsemmix il-punt D tal-istess Anness I, li skontu, l-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi li, “[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun applikat Metodu ta’ sorveljanza li jkun jikkorrispondi għal ta’ lanqas mal-livell tal-kriterji deskritti hawn taħt”. B’mod konformi mal-paragrafu 2 tal-istess punt D, jiżdied l-obbligu li jittieħdu kampjuni “fuq perjodu ta’ 24 siegħa […] fl-istess post definit tajjeb fl-iżbokk u jekk ikun meħtieġ fid-daħla ta’ l-impjant tat-trattament biex tiġi sorveljata l-konformità mal-kriterji ta’ l-ilma mormi skarikat hekk kif stabbilit f’din id-Direttiva”. Barra minn hekk, b’mod konformi mal-paragrafu 3, jiġi stabbilit “numru minimu annwali ta’ kampjuni […] skond il-qies ta’ l-impjant tat-trattament” u l-obbligu li jittieħdu “f’intervalli regolari matul is-sena”. |
33. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tar-rabta eventwali eżistenti bejn l-Artikolu 4 u l-punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271. Għalhekk, fil-kawża Il‑Kummissjoni vs L‑Italja ( 6 ), il-Qorti tal-Ġustizzja approvat ir-rabta sostnuta mill-Kummissjoni bejn l-Artikolu 4 u l-punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271 fejn ikkonkludiet li l-konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva kienet ibbażata fuq ir-rispett għall-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni stabbilita fil-punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271. |
34. |
Fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju ( 7 ), il-Gvern Belġjan sostna li ma jkunx meħtieġ li tiġi osservata l-proċedura tal-punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271 jekk l-ewwel riżultati wara t-tħaddim tal-impjant tat-trattament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti fit-Tabella 1 tal-istess Anness I. Il-Kummissjoni tqis li dan l-approċċ ġie miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni fuq il-merti. Madankollu, huwa veru li f’dik il-kawża l-Qorti tal-Ġustizzja realment ma kellhiex l-opportunità li tiddeċiedi fuq dan il-fatt partikolari, u għalhekk kien kruċjali li l-Gvern Belġjan irrikonoxxa li ż-żewġ agglomerazzjonijiet ikkonċernati lanqas biss kellhom impjanti tat-trattament ( 8 ), u għalhekk ma jistax jingħad li f’din it-tieni sentenza ġie rratifikat il-kriterju sostnut fis-soluzzjoni tal-kawża Il‑Kummissjoni vs L‑Italja ( 9 ). |
35. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, wieħed jista’ jikkonkludi li, fir-realtà, kien hemm okkażjoni waħda biss fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li tiddeċiedi fuq ir-rabta li teżisti bejn l-Artikolu 4 u l-punt D tal-Anness I tad-Direttiva 91/271, u b’mod ċirkustanzjali ħafna. Dan jispjega għalfejn il-Qorti tal-Ġustizzja issa talbet lill-partijiet sabiex jieħdu pożizzjoni dwar il-kwistjoni. |
C – Dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 fis-sistema tad-Direttiva 91/271
36. |
Fl-ewwel analiżi tad-Direttiva 91/271 jirriżulta li r-relazzjoni bejn l-Artikolu 4 u l-punt D tal-Anness I twassal għal kontradizzjoni tal-Artikolu 3 tal-istess direttiva. |
37. |
Fil-fatt, jekk sabiex ikun hemm konformità mal-Artikolu 4 għandha tiġi segwita l-proċedura prevista fil-punt D tal-Anness I, l-impjanti ta’ trattament allura kellhom jiġu installati sena qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 3 sabiex l-ilma urban mormi jiġi ttrattat, peress li l-proċedura fil-punt D, taħt it-termini stipulati mill-Kummissjoni, għandha ssir matul sena. |
38. |
Madankollu, id-dati imposti mill-Artikolu 3 tad-Direttiva sabiex l-agglomerazzjonijiet urbani kollha jkollhom sistemi ta’ ġbir huma l-istess bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(1), għall-applikazzjoni tat-trattament fil-kundizzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 4(3). L-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 skont it-termini proposti mill-Kummissjoni – u użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Il‑Kummissjoni vs L‑Italja – ( 10 ) inevitabbilment jannullaw l-Artikolu 3. |
39. |
L-interpretazzjoni litterali tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 91/271, fil-fehma tiegħi, tippermetti li titneħħa l-kontradizzjoni msemmija u tiżgura li tinstab soluzzjoni konsistenti mas-sistema tad-Direttiva. |
40. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat, l-ewwel nett, li l-Artikolu 4 qatt ma jirreferi għall-punt D tal-Anness I. L-Anness inkwistjoni jissemma’ biss speċifikament fil-paragrafu 3 ta’ dak l-artikolu, fejn jiġi previst li “[s]kariki […] deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jilħqu l-kriterji relevanti ta’ l-Anness I. B.”. Dawn ir-rekwiżiti huma relatati mal-kwalità tal-iskariki. |
41. |
Il-punt D tal-Anness I, min-naħa tiegħu, jirreferi għall-“[m]etodi ta’ referenza għal sorveljanza u evalwazzjoni tar-riżultati”. Jiġifieri għall-proċeduri li għandhom jiġu osservati sabiex jiġi akkreditat li l-iskariki jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ kwalità meħtieġa mid-Direttiva. |
42. |
Tali “metodi ta’ referenza, sorveljanza u evalwazzjoni” għandhom jiġu applikati fiż-żewġ faċilitajiet li jkunu operattivi, jiġifieri, b’mod indefinit. Fil-fatt, l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 91/271 jipprevedi li l-awtoritajiet għandhom jissorveljaw l-iskariki “biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji ta’ l-Anness I. B, skond il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness I. D” ( 11 ) . |
43. |
Jidher ċar, għalhekk, li l-punt D tal-Anness I jirreferi għal obbligu kontinwu li skontu għandu jiġi żgurat li l-iskariki jissodisfaw maż-żmien ir-rekwiżiti ta’ kwalità li kellhom jilħqu mit-tħaddim tal-impjant. Fl-opinjoni tiegħi, l-interpretazzjoni li impjant jista’ jibda jitħaddem biss fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 jekk l-iskariki tiegħu jkunu ta’ ċerta kwalità għal iktar minn sena – li hija l-pożizzjoni li tieħu l-Kummissjoni meta ssostni li l-Artikolu 4 huwa ssodisfatt biss jekk tiġi osservata l-proċedura fil-punt D tal-Anness I – ma hijiex konklużiva. |
44. |
Il-fatt li, kif sostniet il-Kummissjoni matul is-seduta pubblika, l-esperjenza tista’ turi li hemm ħafna każijiet ta’ impjanti tat-trattament li jibdew jitħaddmu f’kundizzjonijiet li ma jippermettux li jiġu żgurati l-istandards ta’ kwalità meħtieġa mid-Direttiva 91/271, dan ma jistax jiġġustifika l-prattika li huwa kkunsidrat li l-impjanti mibnija fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva bdew jitħaddmu biss meta nstab li l-kampjuni eżaminati għal iktar minn sena skont il-proċedura stabbilita fil-punt D tal-Anness I kienu jissodisfaw l-istandards stabbiliti fil-punt B tal-Anness I. F’dan il-każ, is-soluzzjoni li għandha tiġi imposta hija pjuttost dik li jiġi aċċertat minn qabel jekk l-impjant jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jitħaddem, jiġifieri, jekk jissodisfax f’dak il-mument ir-rekwiżiti tal-punt B tal-Anness I. F’dan il-każ ma huwiex meħtieġ li jkun hemm konformità mal-proċedura ta’ teħid tal-kampjuni tal-punt D tal-Anness I, li l-għan tiegħu, kif diġà għidt, huwa li jiżgura li l-kwalità tal-ilma ttrattat tkun dejjem dik li kellha tkun garantita mill-mument li fih tħaddem għall-ewwel darba dak l-impjant. |
D – Dwar l-applikazzjoni tal-interpretazzjoni proposta tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 għaċ-ċirkustanzi tal-każ
45. |
B’mod konformi ma’ dak li ntqal preċedentement, ir-rikors tal-Kummissjoni jista’ jintlaqa’ biss fir-rigward ta’ dawk l-agglomerazzjonijiet li ma kellhomx sistema ta’ ġbir li taħdem fid-data stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 u skont ir-rekwiżiti meħtieġa fil-punt B tal-Anness I tal-istess direttiva. B’kuntrast ma’ dan, l-appell għandu jiġi miċħud fir-rigward ta’ agglomerazzjonijiet li f’dik id-data kellhom sistema ta’ ġbir li taħdem skont il-kundizzjonijiet tal-punt B tal-Anness I, mingħajr il-ħtieġa li jmorru lil hinn b’mod sodisfaċenti l-kontrolli previsti għall-ewwel sena ta’ tħaddim fil-punt D tal-Anness I. |
V – Spejjeż
46. |
Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tordna li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha. |
VI – Konklużjoni
47. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26). Iktar ’il quddiem, id-“Direttiva 91/271”.
( 3 ) ĠU L 209, p. 3.
( 4 ) Ġurnal uffiċjali Portugiż, Serje I‑A, Nru 139, p. 2959.
( 5 ) KawżaC‑438/07, EU:C:2009:613, punt 53.
( 6 ) Kawża C‑565/10, EU:C:2012:476, punti 37 sa 39.
( 7 ) Kawża C‑395/13, EU:C:2014:2347.
( 8 ) Kawża C‑395/13, EU:C:2014:2347, punt 48.
( 9 ) Kawża C‑565/10, EU:C:2012:476.
( 10 ) Kawża C‑565/10, EU:C:2012:476, punti 37 sa 39.
( 11 ) Enfasi miżjuda.