EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CC0203

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali N. Jääskinen, ippreżentati fis-7 ta’ Lulju 2015.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2015:445

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

JÄÄSKINEN

ippreżentati fis-7 ta’ Lulju 2015 ( 1 )

Kawża C‑203/14

Consorci Sanitari del Maresme

vs

Corporació de Salut del Maresme i la Selva

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic (Spanja)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal‑Ġustizzja — Kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal‑Artikolu 267TFUE — Tribunal Català de Contractes del Sector Públic — Natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tal-korp tar-rinviju — Direttiva 89/665/KEE — Effett fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE”

I – Introduzzjoni

1.

Din il-kawża għandha l-oriġini tagħha f’talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic (Spanja) (qorti Katalana tal-kuntratti tas-settur pubbliku) fil-kuntest ta’ rikors amministrattiv speċjali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.

2.

Matul il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il‑ġurisdizzjoni tagħha qajmet ċerti dubji fir-rigward tal-karatteristiċi tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic u, fid-dawl tar‑rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiġi kklassifikata bħala korp tar-rinviju “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, u l-kriterju dwar in-“natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni” tal-korp tar-rinviju li b’mod partikolari ġibed l-attenzjoni.

3.

Fil-fatt, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic huwa korp amministrattiv kolleġġjali speċjalizzat kompetenti sabiex jiddeċiedi rikorsi speċjali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Bħala korp speċjalizzat, ma huwiex qorti fis-sens proprju tad-dritt nazzjonali, u d-deċiżjoni tiegħu hija finali fir-rigward tar-rimedji ġudizzjarji amministrattivi. Barra minn hekk, ir-rikors quddiem dan il-korp huwa fakultattiv, li jqajjem il-kwistjoni dwar jekk jistax jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Din il-kwistjoni twassal lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex, b’mod partikolari, tinterpreta l‑ġurisprudenza kumplessa tagħha dwar in-“natura obbligatorja tal‑ġurisdizzjoni” tal-korp tar-rinviju.

4.

Skont it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja magħmula wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura orali u wara li l-kawża ġiet assenjata mill-ġdid, dawn il-konklużjonijiet għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, il‑kriterju ta’ “natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni” tal-korp tar-rinviju, li ġibdet, b’mod partikolari, l-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u dwar il‑kriterji l-oħra li ser ikunu eżaminati fil-qosor. Għalhekk jiena ma iniex ser nindirizza l-kwistjonijiet ta’ mertu mressqa mill-korp tar-rinviju.

II – Il-fatti u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

5.

Il-Consorci Sanitari del Maresme, li xtaq jipparteċipa fil-proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ servizzi ta’ reżonanza nukleari manjetika organizzata mill-Corporació de Salut del Maresme i la Selva, ippreżenta, fl-10 ta’ Diċembru 2013, rikors speċjali kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni tal-awtorità kontraenti quddiem it‑Tribunal Català de Contractes del Sector Públic sabiex jiġi ammess f’din il-proċedura ( 2 ).

6.

Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors speċjali, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic iddeċieda li jressaq ħames domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja ( 3 ).

7.

Permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2015, il-Qorti tal‑Ġustizzja rrinvijat il-kawża quddiem is-Sitt Awla u ddeċidiet, skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal‑Ġustizzja, li ma żżommx seduta għas-sottomissjonijiet orali. Barra minn hekk, hija ddeċidiet li l-kawża tkun deċiża mingħajr ma jiġu ppreżentati konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.

8.

Madankollu, in-natura ġudizzjarja tal-korp fl-oriġini tar-rinviju preliminari nisslet dubji dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

9.

Għalhekk fid-9 ta’ Frar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja bagħtet talba għal kjarifiki lit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, li rrisponda permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Frar 2015, li waslet fil-Qorti tal‑Ġustizzja fis-17 ta’ Frar 2015.

10.

Peress li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis neċessarju dibattitu approfondit dwar il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru”, fis‑sens tal-Artikolu 267 TFUE, hija reġgħet assenjat il-kawża lill-Awla Manja u qieset li hemm lok li torganizza seduta sabiex tippermetti lill‑partijiet jesprimu l-perspettivi tagħhom dwar il-kwistjoni ta’ ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic. Konsegwentement, il-Qorti tal‑Ġustizzja ordnat il-ftuħ mill-ġdid tad-dibattiti sabiex teżamina l-ġurisdizzjoni tagħha f’dan il-każ.

11.

Is-seduta nżammet fit-12 ta’ Mejju 2015, fil-preżenza tal-Gvern Spanjol u tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Gvern Taljan, li ppreżenta osservazzjonijiet bil-miktub dwar il-kwistjonijiet ta’ mertu, ma kienx irrappreżentat fis-seduta.

III – Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi fuq id-domandi preliminari

A – Osservazzjonijiet dwar il-kuntest ġuridiku

12.

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-korp tar-rinviju għandux in-natura ta’ “qorti jew tribunal” fis‑sens tal-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkunsidra numru ta’ elementi, bħal jekk il-korp huwiex stabbilit b’liġi, jekk dan huwiex wieħed permanenti, in-natura obbligatorja tal‑ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura, l‑applikazzjoni, mill-korp, tad-dispożizzjonijiet legali, kif ukoll l‑indipendenza tiegħu ( 4 ). Barra minn hekk, il-qrati nazzjonali jistgħu jagħmlu domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk ikun hemm tilwima pendenti quddiemhom u jintalbu jagħtu sentenza fi proċedura maħsuba sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja ( 5 ).

13.

F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li korp nazzjonali ma jistax jiġi kklassifikat bħala qorti fis-sens proprju tad-dritt nazzjonali ma huwiex determinanti fih innifsu, peress li l-kunċett ta’ “qorti jew tribunal”, fis‑sens tal-Artikolu 267 TFUE, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal‑Unjoni. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li dan il-kunċett jista’ jkopri wkoll korpi li ma humiex qrati fis-sens tad-dritt nazzjonali ( 6 ) u li ma jagħmlux parti mis-sistema ġudizzjarja ta’ xi Stat Membru ( 7 ). B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti importanza sinjifikattiva, mhux lill‑klassifikazzjoni ġuridika tal-korp, iżda pjuttost lill-karatteristiċi materjali tiegħu ( 8 ), li jwassal għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi strutturali u funzjonali tal-korp tar-rinviju.

14.

Waqt is-seduta, il-Gvern Spanjol ikkonferma li t-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic huwa “korp ta’ reviżjoni” fis-sens tal‑ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi ( 9 ) [kuntratt pubbliċi għal provvisti u xogħlijiet], li skont dan l-artikolu jista’ jkollu natura mhux ġudizzjarja ( 10 ). Mill-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li d-deċiżjoni tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic teżawrixxi r-“rimedji amministrattivi”.

15.

Fl-opinjoni tiegħi, dawn l-elementi li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali ma humiex deċiżivi dwar jekk il-karatteristiċi tal-korp tar‑rinviju jurux li huwa jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi kklassifikat bħala “qorti jew Tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, kriterji msemmija fil-punt 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

16.

Għal dak li jirrigwarda l-kuntest ġuridiku speċifiku tal-kuntratti pubbliċi, fid-dawl tal-importanza ta’ dan il-qasam għas-suq intern u, b’mod partikolari, għall-osservanza tal-libertajiet fundamentali ta’ moviment, il-leġiżlatur tal-Unjoni armonizza b’mod wiesa’ l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali f’dan ir-rigward. B’mod eċċezzjonali, il‑protezzjoni ġudizzjarja tal-individwi kienet, hija wkoll, armonizzata b’mod wiesa’ permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/665 u, għalhekk, din ma baqgħetx biss kwistjoni ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, kif stabbilita bil-prinċipji ta’ effettività u ekwivalenza ( 11 ).

17.

Għalhekk, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad‑Direttiva 89/665, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, id-deċiżjonijiet meħuda mill‑awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun, konformement mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-direttiva, peress li dawn id‑deċiżjonijiet ikunu kisru d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi. Dawn ir‑rimedji ġudizzjarji jistgħu jinkludu kemm rikorsi quddiem qrati nazzjonali kif ukoll rikorsi quddiem korpi kważi-ġudizzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 89/665.

18.

F’dan il-kuntest tqum il-kwistjoni dwar jekk, jekk ikun il-każ, l‑interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE għandhiex tikkunsidra l-fatt li l-korp inkwistjoni kien stabbilit sabiex Stat Membru jkun jista’ josserva l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mid‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/665. Fil-fatt, ħafna drabi huma dawn il-korpi kważi-ġudizzjarji li għandhom jinterpretaw id-dritt tal‑Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, u kultant kważi esklużivament, jekk fil-prattika d-deċiżjonijiet tagħhom ma jkunux suġġetti għal rikors quddiem qrati ordinarji.

19.

Għandu jiġi nnotat li, fil-ġurisprudenza tagħha dwar l‑interpretazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE, li fil-parti l-kbira tagħha ngħatat wara l-adozzjoni tad-Direttiva 89/665, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà applikat il-kriterji dwar il-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE b’mod flessibbli ( 12 ), li ppermettiet li korpi ta’ reviżjoni varji, previsti mill-Istati Membri wkoll fis-settur tal-kuntratti pubbliċi, iressqu domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja ( 13 ). Billi naqset mill-kriterji li għalihom hija ssuġġettat ir-rikonoxximent tal‑kwalità ta’ “qorti jew tribunal”, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll bħala qrati jew tribunali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE l-korpi amministrattivi li jiddeċiedu fl‑aħħar istanza f’oqsma differenti tad-dritt tal-Unjoni ( 14 ).

20.

Peress li jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà adottat, f’dan il-qasam, interpretazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE suffiċjentement flessibbli sabiex tiżgura l-interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, inqis li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/665 jew il-fatt li t-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic huwa espressament kompetenti fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi ma għandhomx effett partikolari fuq l‑applikazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE f’dan il-każ.

B – Fuq il-kundizzjonijiet klassiċi, minbarra n- “natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni ” tal-korp tar-rinviju, li jippermettu li korp tar-rinviju jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal ta ’ xi Stat Membru ” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE

1. Fuq l-oriġini legali u fuq il-permanenza tal-korp tar-rinviju

21.

Għal dak li jirrigwarda l-oriġini legali tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, kemm mir-risposta tiegħu għat-talba ta’ kjarifiki tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Spanjol ippreżentati waqt is-seduta jirriżulta li t-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic kien stabbilit mill-Komunità Awtonoma ta’ Cataluña skont il-kompetenza leġiżlattiva partikolari prevista mid-dritt Spanjol ( 15 ).

22.

Dan il-korp kien stabbilit qabel xejn bħala korp b’persuna waħda, imsejjaħ “Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de Cataluña” (korp amministrattiv ta’ rimedji kuntrattwali ta’ Catalogne), permezz tar-raba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi Nru 7/2011, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar il-miżuri fiskali u finanzjarji ( 16 ). Minħabba volum kbir u l-partikolarità tal-kawżi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal‑Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de Cataluña, dan ġie mibdul f’korp kolleġġjali, imsejjaħ “Tribunal Català de Contractes del Sector Públic”, permezz tad-Digriet 221/2013, tat-3 ta’ Settembru 2013 ( 17 ). Dan id-digriet jinkludi dispożizzjonijiet dwar, b’mod partikolari, l-istabbiliment, il-ġurisdizzjoni u l-kompożizzjoni tat‑Tribunal Català de Contractes del Sector Públic. Għalhekk il-kriterju tal-oriġini legali ta’ dan il-korp huwa ssodisfatt b’mod ċar.

23.

Barra minn hekk, bħala parti mis-sistema ta’ riżoluzzjoni ġudizzjarja tat-tilwim fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic jissodisfa r-rekwiżit ta’ permanenza ( 18 ). Fil-fatt, għalkemm il-membri tal-imsemmi tribunal huma nnominati għal perijodu ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded ( 19 ), huwa madankollu permanenti bħala korp tad-dritt pubbliku, u għalhekk ma huwiex istanza ad hoc li kienet stabbilita għall-finijiet ta’ tilwima individwali.

2. Fuq in-natura kontradittorja tal-proċedura u l-applikazzjoni tad‑dispożizzjonijiet legali

24.

Minn naħa waħda, dwar in-natura kontradittorja tal-proċedura mibdija permezz ta’ rikors speċjali quddiem it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, għandu jitfakkar l-ewwel nett li r-rekwiżit ta’ proċedura kontradittorja ma huwiex kriterju assolut ( 20 ). B’hekk, skont l-Artikolu 46 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 3/2011, il-partijiet għandhom il‑possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet u provi lill-korp kompetenti sabiex jiddeċiedi t-tilwima. Fir-rigward tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, konformement mal-Artikolu 14 tad‑Digriet 221/2013, l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ rikorsi speċjali fil‑qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi huwa rregolat mir-regoli bażiċi tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi, mir-regoli li jiżguraw l-implementazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u mill-modalitajiet proċedurali li jinsabu fl-imsemmi digriet kif ukoll mil-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sistema ġuridika tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u għall-proċedura amministrattiva tad-dritt komuni.

25.

Barra minn hekk, kif it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, fil-kuntest ta’ rikorsi speċjali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, huwa kjarament adit minn tilwim bejn minn naħa, awtorità kontraenti bħala konvenuta u min-naħa l-oħra, minn offerent li jibda l-istanza, jien inqis li l-kundizzjoni dwar in-natura kontradittorja tal-proċedura hija ssodisfatta f’dan il-każ.

26.

Min-naħa l-oħra, skont l-informazzjoni pprovduta mill-korp tar‑rinviju stess, dan tal-aħħar iwettaq stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Għandu jitfakkar li l-korpi bħat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic kienu stabbiliti, fi Spanja, sabiex jiġu osservati l-obbligi li jirriżultaw mid‑Direttiva 89/665, b’mod partikolari l-obbligu li jiġi żgurat li d‑deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti fil-kuntest ta’ proċedura tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jistgħu jkunu suġġetti għal rimedji effikaċi bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal‑kuntratti pubbliċi jew tar-regoli nazzjonali li jittrasponu dan id-dritt. Għalhekk, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, bħala korp kompetenti li jieħu konjizzjoni ta’ tali rikorsi, japplika b’mod manifest dispożizzjonijiet legali.

3. Fuq l-indipendenza

27.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ indipendenza, li huwa inerenti għall-missjoni tal-ġudikant, jimplika qabel kollox li l-qorti kkonċernata jkollha l-kwalità ta’ terz fir-rigward tal-awtorità li tkun adottat id-deċiżjoni li kontriha ġie ppreżentat rikors ( 21 ). Dan il-kunċett fih żewġ aspetti. L-ewwel aspett, estern, jiżżupponi li l-istanza tkun protetta mill-interventi jew il-pressjonijiet esterni li jistgħu jipperikolaw l-indipendenza tad-deċiżjoni tal-membri tagħha fir-rigward tat-tilwim imressqa quddiemha. It-tieni aspett, intern, jissieħeb mal‑kunċett ta’ imparzjalità u jikkonċerna l-ekwidistanza fir-rigward tal-partijiet fil-kawża u tal-interessi rispettivi tagħhom fir-rigward tas-suġġett tagħha. Dan l-aspett jeħtieġ oġġettività u l-assenza ta’ kull interess fis-soluzzjoni tal-kawża lil hinn mill-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjoni legali ( 22 ).

28.

Tali garanziji ta’ indipendenza u imparzjalità jeħtieġu l-eżistenza ta’ regoli, b’mod partikolari, għal dak li jikkonċerna l-kompożizzjoni tal-istanza, il-ħatra, it-terminu tal-funzjonijiet kif ukoll il-kawżi ta’ astensjoni, rikuża u revoka tal-membri tagħha, li jippermettu li jitneħħa kull dubju raġonevoli, fil-moħħ tal-individwi, dwar l-impermeabbiltà ta’ din l-istanza fir-rigward ta’ elementi esterni u tan-newtralità tagħha fir-rigward tal-interessi li tkun affrontata bihom ( 23 ). Il-ġurisprudenza tikkunsidra li l-kundizzjoni dwar l-indipendenza tal-korp tar-rinviju hija ssodisfatta biss, b’mod partikolari, meta l-każijiet ta’ revoka tal-membri ta’ dan il-korp ikunu ddeterminati minn dispożizzjonijiet espressi tal-liġi ( 24 ).

29.

Jidhirli li, f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet ta’ indipendenza tal-korp tar-rinviju huma ssodisfatti. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2 tad‑Digriet 21/2013, li huwa intitolat “Natura ġuridika” u li jistabbilixxi t-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, “[i]t-Tribunal huwa korp amministrattiv kolleġġjali speċjalizzat li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’mod indipendenti għal kollox, b’oġġettività u b’imparzjalità, ma huwiex suġġett għal ebda rabta ġerarkika u ma jirċievi ebda struzzjoni minn naħa tal-korpi ta’ amministrazzjoni pubblika kkonċernati”.

30.

Għal dak li jirrigwarda l-kompożizzjoni tal-korp tar-rinviju, l-Artikolu 5 tad-Digriet 221/2013 jipprovdi li huma kompost minn president u żewġ persuni li jippresjedu bħala assessuri, li huma nnominati mill-persuna responsabbli mis-servizz kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kriterji, jidderiġi u jikkontrolla l-għoti tal-kuntratti pubbliċi. Il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tkun membru tat-Tribunal huma elenkati fl-Artikolu 6 tad-Digriet 221/2013. Infakkar li l-membri huma nnominati għal perijodu ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded ( 25 ), li matulu l-uffiċjali nnominati bħala membri tat-Tribunal jinsabu f’sitwazzjoni amministrattiva ta’ kollokament, jiġifieri li huma jiddedikaw ruħhom biss għad-dmir tagħhom fi ħdan it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic ( 26 ). Skont l-Artikolu 8(4) tad-Digriet 221/2013, il-membri ta’ dan il-korp huma permanenti, iżda jistgħu jitneħħew jew jiġu rrevokati f’ċerti każijiet espressament elenkati fl-imsemmi artikolu ( 27 ). L-Artikolu 11 tad-Digriet 221/2013 jinkludi r-regoli speċifiċi dwar il-każijiet ta’ astensjoni jew rikuża.

31.

Għalkemm it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic huwa marbut mas-“servizz kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kriterji, jidderiġi u jikkontrolla l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi”, ma huwa suġġett għal ebda rabta ġerarkika u ma jirċievi ebda istruzzjoni minn naħa ta’ korpi tal-amministrazzjoni pubblika kkonċernati ( 28 ). Meta jadotta d‑deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic għandu l-kwalità ta’ terz fir-rigward tal-interessi preżenti u għandu l‑imparzjalità meħtieġa ( 29 ).

32.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnotat li t-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic ma għandux il-kwalità ta’ konvenut meta d-deċiżjonijiet tiegħu jiġu kkontestati ( 30 ). Ċertament id-deċiżjonijiet u l‑atti adottati mit-Tribunal jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors kontenżjuz amministrattiv, iżda din hija protezzjoni ġudizzjarja tat-tieni istanza, li ma tistax iċċaħħad id-deċiżjonijiet ta’ dan il-korp min-natura ġudizzjarja tagħhom fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Id-deċiżjonijiet tal-korp tar-rinviju ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ reviżjoni amministrattiva ( 31 ).

33.

Fl-opinjoni tiegħi, il-korp tar-rinviju jissodisfa għalhekk il‑kriterju ta’ indipendenza kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

C – Fuq in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tal-korp

34.

Hija n-“natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni” tal-korp tar-rinviju, fis-sens tal-ġurisprudenza li tirrigwarda l-Artikolu 267 TFUE, li fl‑ewwel lok qajmet dubji fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-klassifikazzjoni ta’ “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE, tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic. Infakkar li l-kwistjoni essenzjali f’dan ir-rigward hija dwar jekk il-fatt li rikors quddiem il-korp tar-rinviju ma huwiex l-uniku rimedju disponibbli jeskludix, minkejja s-saħħa obbligatorja tad-deċiżjoni tiegħu, il-possibbiltà li dan il-korp jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.

35.

Fil-fatt, mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rikors quddiem it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic huwa rikors alternattiv. Skont dan il-korp, ir-rikorrent jista’ jagħżel ( 32 ) bejn ir-rikors speċjali quddiem it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic u r-rikors kontenzjuż amministrattiv, iżda l-għażla tiegħu torbot l-amministrazzjoni li ma tistax twarrabha ( 33 ). Mill‑banda l-oħra, fir-rigward tas-setturi speċjali previsti mil‑Liġi 31/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar il-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali ( 34 ), il-fakultà li jiġi ppreżentat direttament rikors kontenzjuż amministrattiv ma hijiex prevista. B’hekk, għal dawn is-setturi, ir-rikors speċjali ma huwiex alternattiva, peress li huwa neċessarju li tersaq quddiem istanzi ta’ reviżjoni, bħat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, qabel ma taġixxi quddiem il-qrati amministrattivi ordinarji kompetenti.

36.

F’din il-kawża, peress li l-kawża prinċipali ma tirrigwardax wieħed mis-setturi speċjali previsti mil-Liġi 31/2007 u msemmija fil‑punt 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jidhirli għalhekk li għandha tiġi applikata s-sistema normali.

37.

Fil-fatt, għandu jitfakkar li jekk entità tistax tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja hija determinata abbażi ta’ kriterji kemm strutturali kif ukoll funzjonali. F’dan ir-rigward, korp nazzjonali jista’ jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE, meta jeżerċita funzjonijiet ġudizzjarji, filwaqt li, fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet oħra, b’mod partikolari ta’ natura amministrattiva, din il-klassifikazzjoni ma tistax tingħatalu ( 35 ). Minn dan isegwi li, sabiex jiġi stabbilit jekk korp nazzjonali, li l-liġi tkun fdatu b’funzjonijiet ta’ natura differenti, għandux jiġi kkwalifikat bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, huwa neċessarju li jiġi vverifikat liema hija n-natura speċifika tal-funzjonijiet li huwa jkun qed jeżerċita fil-kuntest legali partikolari li fejn issir it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja ( 36 ).

38.

Bħall-kriterji l-oħra ta’ “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE, in-“natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni” tal‑korp tar-rinviju kienet żviluppata fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja. Għandu jiġi nnotat li l-użu ta’ dan il-kunċett fil‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mhux dejjem kien koerenti. Ħafna drabi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tirreferix espressament għal dan il-kriterju, u tal-inqas fil-lingwa Franċiża, l-użu ta’ dan il-kunċett ma huwiex mingħajr diffikultà. Dan il-kunċett tan-“natura obbligatorja tal‑ġurisdizzjoni” tal-korp tar-rinviju jidhirli li ssemma għall-ewwel darba bħala tali fil-kawża Dorsch Consult ( 37 ), anki jekk it-terminu “ġurisdizzjoni obbligatorja” kien użat qabel din insostenn tal‑konstatazzjoni li tipprovdi li l-korp tar-rinviju kien “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE ( 38 ).

39.

Fis-sentenza Dorsch Consult ( 39 ), il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni bejn żewġ aspetti ta’ din in-natura “obbligatorja” tal‑ġurisdizzjoni: minn naħa, il-korp adit joffri, fir-realtà, l-uniku rimedju ġudizzjarju possibbli, u min-naħa l-oħra, il-korp adit li jagħti deċiżjonijiet li għandhom saħħa vinkolanti ( 40 ). Madankollu, fl-imsemmija kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex lok li tippreċiża b’mod ċar il-kriterju billi tagħti l-preferenza lill‑interpretazzjoni waħda jew l-oħra, għaliex il-ġurisdizzjoni tal-korp ikkonċernat f’dak il-każ kienet “obbligatorja” fiż-żewġ sensi fuq imsemmija ( 41 ).

40.

Bħall-Avukati Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer, Kokott u Szpunar, jiena nqis li t-terminu “obbligatorju” għandu pjuttost jirreferi għall-fatt li d-deċiżjonijiet tal-korp tar-rinviju għandhom saħħa vinkolanti iktar milli għall-fatt li r-rikors quddiem dan il-korp huwa l-uniku rimedju ġudizzjarju possibbli ( 42 ).

41.

Fil-fatt, fis-sentenza Emanuel ( 43 ), il‑Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru, fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE, il-persuna nnominata sabiex tiddeċiedi fi stadju ta’ appell dwar id-deċiżjonijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, li taqsam din il-ġurisdizzjoni flimkien ma’ qorti ordinarja, u li r-rikorrent li jersaq quddiemha seta’ jagħżel quddiem liema qorti jippreżenta r‑rikors tiegħu. Id-deċiżjonijiet ta’ din il-persuna kellhom saħħa vinkolanti ( 44 ).

42.

Bl-istess mod, fis-sentenza Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta ( 45 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kklassifikat bħala “obbligatorja” il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal Arbitral Tributário (il‑Portugall) li kien ippreżentat bħala rimedju alternattiv ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam fiskali u li d-deċiżjonijiet tiegħu kienu vinkolanti għall-partijiet. Fil-qasam fiskali, bħal fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-persuna taxxabbli tista’, jew tersaq quddiem il-qorti amministrattiva, jew titlob il-kostituzzjoni ta’ tribunal ta’ arbitraġġ fil-qasam fiskali, u l-amministrazzjoni fiskali għandha tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni tagħha. Għalhekk, l-arbitraġġ fiskali ma huwiex mezz ġuridiku supplimentari li għandha l-persuna taxxabbli iżda alternattiva ġenwina għall-ġustizzja tradizzjonali ( 46 ).

43.

Għalhekk, mis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq jirriżulta li, skont il‑Qorti tal-Ġustizzja, l-eżistenza ta’ rimedju alternattiv għal rimedju ġudizzjarju fis-sens strett ma jeskludix neċessarjament li l‑korp li quddiemu jiġi ppreżentat dan ir-rikors alternattiv jista’ jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE ( 47 ). Dan ir-rimedju alternattiv jista’ jkollu natura differenti mir-rimedju tradizzjonali, bħall-arbitraġġ fiskali meta mqabbel mar-rikors quddiem qorti amministrattiva. Għalkemm l‑eżistenza ta’ rimedju wieħed kienet imsemmija f’diversi sentenzi tal‑Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li r-rimedji inkwistjoni f’dawn is‑sentenzi kienu effettivament l-uniċi rimedji effettivi, il-Qorti tal‑Ġustizzja qatt ma qieset li korp tar-rinviju jista’ ma jitqiesx bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE għar-raġuni biss li fil-qasam inkwistjoni jeżistu diversi rimedji possibbli ( 48 ).

44.

Barra minn hekk, jidhirli li dan il-kriterju kien użat mill-bidu mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teskludi t-tribunali privati ta’ arbitraġġ fis-sens klassiku, anki jekk il-kriterju ta’ “natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni” bħala tali ma ssemmiex ( 49 ). Għalhekk, skont il-ġurisprudenza, tribunal ta’ arbitraġġ konvenzjonali ma jikkostitwixxix qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE peress li ma hemm l-ebda obbligu, la fid-dritt u lanqas fil-fatt, għall-partijiet kontraenti sabiex dawn jirreferu t-tilwim tagħhom għall-arbitraġġ u li l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat la huma involuti fl-għażla tar-rimedju tal‑arbitraġġ u lanqas ma huma mitluba jintervjenu ex officio fil-kors tal-proċedura quddiem l-arbitru ( 50 ). Mill-banda l-oħra, il-Qorti tal‑Ġustizzja aċċettat l-ammissibbiltà ta’ domandi preliminari li tressqu tribunal ta’ arbitraġġ li huwa stabbilit mil-liġi, li d-deċiżjonijiet tiegħu huma vinkolanti għall-partijiet u li l-ġurisdizzjoni tiegħu ma tiddependix mill-approvazzjoni tagħhom ( 51 ).

45.

Għalhekk, il-fatt li d-deċiżjoni tal-korp tar-rinviju għandha saħħa vinkolanti huwa effettivament kriterju neċessarju sabiex dan il-korp ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE iżda ma huwiex biżżejjed fih innifsu sabiex jikklassifika l-ġurisdizzjoni ta’ dan il-korp bħala “obbligatorja” fis-sens tal-ġurisprudenza li tirrigwarda l-Artikolu 267 TFUE. F’dan ir-rigward, huwa importanti wkoll li l-korp inkwistjoni jkun previst mil-liġi u li l‑ġurisdizzjoni tiegħu ma tiddependix fuq il-volontà tal-partijiet ( 52 ). Infakkar li madankollu fl-opinjoni tiegħi ma huwiex neċessarju li r‑rikors quddiem dan il-korp ikun l-uniku rimedju possibbli.

46.

Jekk jinżamm l-approċċ invers, wieħed jista’ jqajjem, fit-teorija, il-kwistjoni dwar in-“natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni” tal-qrati kontenzjużi amministrattivi Spanjoli fil-kuntest ta’ rikors kontenzjuż amministrattiv ippreżentat direttament quddiem dawn il-qrati amministrattivi ordinarji fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Jidhirli li, f’tali sitwazzjoni, il-qorti ta’ istanza kontenzjuża amministrattiva ma tistax tiġi kklassifikata bħala “obbligatorja” għaliex ir-rikors kontenzjuż amministrattiv ma jkunx l-uniku rimedju eżistenti ( 53 ).

47.

Minn naħa tiegħi, jidhirli li l-vantaġġi marbuta ma’ interpretazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE li tippermetti li jitqies li huwa “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” korp tar-rinviju bħat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, minkejja l-eżistenza ta’ rimedju alternattiv, huma ikbar mill-iżvantaġġi possibbli. Fil-fatt, il-fakultà ta’ għażla fost diversi rimedji tippermetti lill-individwi jagħżlu r-rimedju li jidhrilhom li huwa l-iktar xieraq fil-każ tagħhom ( 54 ). L-istanzi responsabbli mill-proċedura ta’ reviżjoni speċjalizzata, bħat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, jista’ jkollhom konoxxenzi kunsiderevoli li jippermettulhom jiddeċiedu malajr u b’mod espert it-tilwim li jitressaq quddiemhom. Madankollu huwa possibbli, ukoll fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, li ċerti rikorsi jkunu pjuttost marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ dritt amministrattiv ġenerali. F’dak il-każ, ir-rikors obbligatorju għal istanza ta’ reviżjoni speċjalizzata tkun inutili jekk il-qorti amministrattiva ordinarja tkun iktar kkwalifikata sabiex tiddeċiedi t-tilwima ( 55 ).

48.

Għandu jiġi nnotat li d-deċiżjonijiet tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic huma vinkolanti għall-partijiet u eżekuttivi ( 56 ). Huma għandhom ukoll l-istess effetti bħad-deċiżjonijiet mogħtija minn istanza kontenzjuża amministrattiva tal-ewwel istanza, anki jekk rikors jiġi ppreżentat quddiem qorti amministrattiva superjuri korrispondenti. Jidhirli li fin-nuqqas ta’ rikors quddiem istanza kontenzjuża amministrattiva, id-deċiżjonijiet tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic jirrappreżentaw soluzzjoni vinkolanti u definittiva tat-tilwima bejn l-awtorità kontraenti u l-offerent ( 57 ). Għalhekk, id-deċiżjonijiet għandhom awtorità analoga għall-effett tal-prinċipju ta’ res judicata.

49.

Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li t-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, bħala korp amministrattiv kolleġġjali speċjalizzat stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li l‑ġurisdizzjoni legali tiegħu ma tiddependix fuq il-volontà tal-partijiet u li jagħti deċiżjonijiet vinkolanti, jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill‑ġurisprudenza sabiex jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Tilwima tinsab pendenti quddiemu u huwa msejjaħ sabiex jiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja. Għalhekk, il‑Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-domandi preliminari mressqa quddiemha minn dan il-korp u t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.

IV – Konklużjoni

50.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara ruħha li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id‑domandi preliminari mressqa quddiemha mit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic.


( 1 )   Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

( 2 )   Għal ġabra fil-qosor tal-fatti tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, ara d-digriet Consorci Sanitari del Maresme (C‑203/14, EU:C:2015:279, punt 2).

( 3 )   Dawn id-domandi jirrigwardaw, b’mod partikolari, dwar jekk l‑amministrazzjonijiet pubbliċi għandhomx jitqiesu li huma operaturi ekonomiċi fis-sens tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif ukoll dwar l-inklużjoni tagħhom fil-listi uffiċjali ta’ impriżi awtorizzati jew iċċertifikati minn organi ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati.

( 4 )   Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Vaassen-Göbbels (61/65, EU:C:1966:39); Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 23); Österreichischer Gewerkschaftsbund (C‑195/98, EU:C:2000:655, punt 24); Syfait et (C‑53/03, EU:C:2005:333, punt 29); Emanuel (C‑259/04, EU:C:2006:215, punt 19); Forposta u ABC Direct Contact (C‑465/11, EU:C:2012:801, punt 17); Belov (C‑394/11, EU:C:2013:48, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata); kif ukoll Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 23).

( 5 )   Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Job Centre (C‑111/94, EU:C:1995:340, punt 9); Victoria Film (C‑134/97, EU:C:1998:535, punt 14); Österreichischer Gewerkschaftsbund (C‑195/98, EU:C:2000:655, punt 25); Syfait et (C‑53/03, EU:C:2005:333, punt 29); kif ukoll Belov (C‑394/11, EU:C:2013:48, punt 39).

( 6 )   Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Vaassen-Göbbels (61/65, EU:C:1966:39); Broekmeulen (246/80, EU:C:1981:218, punti 1117); Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 38); Jokela u Pitkäranta (C‑9/97 u C‑118/97, EU:C:1998:497, punt 24); kif ukoll Abrahamsson u Anderson (C‑407/98, EU:C:2000:367, punt 38). Ara wkoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tesauro fil-Kawża Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:245, punt 20).

( 7 )   Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-Kawża De Coster (C‑17/00, EU:C:2001:366, punti 53 sa 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 8 )   Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tesauro fil-Kawża Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:245, punt 23).

( 9 )   ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, kif emendata bid‑Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir‑rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).

( 10 )   Skont l-imsemmi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(9), “[m]eta l-korpi responsabbli għall-proċeduri tar-reviżjoni ma jkunux ta’ karattru ġudizzjarju, raġunijiet bil‑miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom għandhom dejjem jingħataw. Barraminnhekk, f’dak il-każ, għandha ssir dispożizzjoni biex tiggarantixxi proċeduri li bihom kull miżura allegatament illegali meħuda mill-korp ta’ reviżjoni jew kull difett allegat fl-eżerċizzju tal-poteri mogħtija jistgħu jkunu suġġett ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn korp ieħor li jkun il-qorti jew it-tribunal fis-sens ta’ l-Artikolu [267 TFUE] u indipendentement minn kemm l-awtorità li tikkuntratta kif ukoll il-korp ta’ reviżjoni”.

( 11 )   Għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri u l‑prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li jillimitawh, ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Club Hotel Loutraki et (C‑145/08 u C‑149/08, EU:C:2010:247, punt 74 u l-ġurisprudenza ċċitata) u eVigilo (C‑538/13, EU:C:2015:166, punt 39). Dwar il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza fil-kuntest tad-Direttiva 89/665, ara, b’mod partikolari, il‑konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Orizzonte Salute (C‑61/14, EU:C:2015:307, punti 20 sa 26, 3334).

( 12 )   L-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer ikkritika b’mod qawwi din il‑ġurisprudenza “flessibbli b’mod eċċessiv u nieqsa mill-koerenza neċessarja” fil‑konklużjonijiet tiegħu fil-Kawża De Coster (C‑17/00, EU:C:2001:366, punti 13, 1458 sa 64); Ing. Aigner (C‑393/06, EU:C:2007:706, punti 22 sa 29) u Österreichischer Rundfunk (C‑195/06, EU:C:2007:303, punti 27 sa 29).

( 13 )   Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punti 23 sa 38); Mannesmann Anlagenbau Austria et (C‑44/96, EU:C:1998:4); HI (C‑258/97, EU:C:1999:118, punt 18); Unitron Scandinavia u 3-S (C‑275/98, EU:C:1999:567, punt 15); HI (C‑92/00, EU:C:2002:379, punti 26 sa 28); Felix Swoboda (C‑411/00, EU:C:2002:660, punti 26 sa 28); Ing. Aigner (C‑393/06, EU:C:2008:213); Forposta u ABC Direct Contact (C‑465/11, EU:C:2012:801, punt 18); u Bundesdruckerei (C‑549/13, EU:C:2014:2235, punt 22). Ara wkoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-Kawża Mannesmann Anlagenbau Austria et (C‑44/96, EU:C:1997:402, punti 36 sa 44); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saggio fil-Kawża HI (C‑258/97, EU:C:1998:457, punti 11 sa 15); konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-Kawża Felix Swoboda (C‑411/00, EU:C:2002:238, punti 13 sa 20); kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża Ing. Aigner (C‑393/06, EU:C:2007:706, punti 22 sa 29).

( 14 )   Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Broekmeulen (246/80, EU:C:1981:218, punti 1517) u Handels- og Kontorfunktionærernes Forbund i Danmark (109/88, EU:C:1989:383, punti 79), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-Kawża De Coster (C‑17/00, EU:C:2001:366, punt 82).

( 15 )   Mill-kjarifiki pprovduti mill-korp tar-rinviju jirriżulta li l-istanzi Spanjoli speċjalizzati fil-kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi kienu stabbiliti mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv 3/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, dwar l-adozzjoni tat-test ikkodifikat tal-liġi dwar il-kuntratti tas-settur pubbliku (BOE Nru 276, tas-16 ta’ Novembru 2011, p. 117729, iktar ’il quddiem id-“Diġriet Irjali Leġiżlattiv Spanjol 3/2011”). Dan id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 3/2011 stabbilixxa t-Tribunal Administrativo Central de Recursos Contractuales (korp ċentrali) u awtorizza lill‑Komunitajiet Awtonomi sabiex jistabbilixxu istanzi ta’ rimedji korrispondenti fil-Komunitajiet Awtonomi.

( 16 )   Diari Oficial de la Generalitat de Catalunya Nru 5931, tad-29 ta’ Lulju 2011. Skont il-paragrafu 1 ta’ din ir-raba’ dispożizzjoni addizzjonali “n-natura ta’ dan il-korp hija dik ta’ korp amministrattiv speċjalizzat li jaġixxi b’funzjoni indipendenti għal kollox fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu”.

( 17 )   Digriet 221/2003, dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic (Diari Oficial de la Generalitat de Catalunya Nru 6454, tal-5 ta’ Settembru 2013). Skont il-Gvern Spanjol, dawn ir-regoli jirregolaw l-organizzazzjoni u l‑funzjonament tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic b’mod identiku għal dak li dawk li jirregolaw it-Tribunal Administrativo Central de Recursos Contractuales, previsti mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv 3/2011.

( 18 )   Għal dak li jirrigwarda l-kriterji ta’ permanenza, ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punti 2526), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-Kawża Mannesmann Anlagenbau Austria et (C‑44/96, EU:C:1997:402, punt 38).

( 19 )   Artikolu 7 tad-Digriet 221/2013.

( 20 )   Sentenzi Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 31) u Gabalfrisa et (C‑110/98 sa C‑147/98, EU:C:2000:145, punt 37).

( 21 )   Sentenzi Corbiau (C‑24/92, EU:C:1993:118, punt 15); Wilson (C‑506/04, EU:C:2006:587, punt 49); RTL Belgium (C‑517/09, EU:C:2010:821, punt 38); kif ukoll TDC (C‑222/13, EU:C:2014:2265, punt 29).

( 22 )   Sentenzi Wilson (C‑506/04, EU:C:2006:587, punti 5152 u l-ġurisprudenza ċċitata); RTL Belgium (C‑517/09, EU:C:2010:821, punti 3940), kif ukoll TDC (C‑222/13, EU:C:2014:2265, punti 3031).

( 23 )   Sentenzi Wilson (C‑506/04, EU:C:2006:587, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll TDC (C‑222/13, EU:C:2014:2265, punt 32).

( 24 )   Sentenza TDC (C‑222/13, EU:C:2014:2265, punt 32) u d-digriet Pilato (C‑109/07, EU:C:2008:274, punt 4). Madankollu, għandu jiġi nnotat li, fis-sentenza Köllensperger u Atzwanger (C‑103/97, EU:C:1999:52, punti 20 sa 25), il-Qorti tal‑Ġustizzja abbandunat din il-kundizzjoni u qieset bħala qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru l-korp tar-rinviju minkejja l-ineżistenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rikuża u l-astensjoni tal-membri tiegħu.

( 25 )   Ara l-punt 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 26 )   Għandu jiġi nnotat li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413), jitqies li huwa qorti jew tribunal ta’ Stat Membru lill-kummissjoni federali ta’ sorveljanza li l-membri “uffiċjali” tagħha kienu membri tal-awtorità amministrattiva nazzjonali kompetenti mill-kontroll tal-kompetizzjoni u kienu jeżerċitaw iż-żewġ funzjonijiet simultanjament [ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tesauro fil-Kawża Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:245, punti 3334)].

( 27 )   Jidhirli wkoll li l-garanziji ta’ permanenza tal-membri “uffiċjali” fil-Kawża Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413) kienu iktar flessibbli minn dawk elenkati f’dan il-każ fl-Artikolu 8(4) tad-Digriet 221/2013.

( 28 )   Ara l-Artikoli 1 u 2 tad-Digriet 221/2013.

( 29 )   Sentenzi RTL Belgium (C‑517/09, EU:C:2010:821, punt 47); Epitropos tou Elegktikou Synedriou (C‑363/11, EU:C:2012:825, punt 21), kif ukoll TDC (C‑222/13, EU:C:2014:2265, punt 37).

( 30 )   Ara s-sentenzi Corbiau (C‑24/92, EU:C:1993:118, punti 1617); Belov (C‑394/11, EU:C:2013:48, punt 49 u 51); kif ukoll TDC (C‑222/13, EU:C:2014:2265, punt 37) u d-digriet MF 7 (C‑49/13, EU:C:2013:767, punt 19).

( 31 )   Ara l-Artikolu 29 tad-digriet 221/2013. Ara wkoll f’dan ir-rigward, is-sentenza Westbahn Management (C‑136/11, EU:C:2012:740, punt 30), li fiha l-Qorti tal‑Ġustizzja jitqies li huwa qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, ix-Schienen-Control Kommission (Kummissjoni ta’ Kontroll tal-Ferroviji Awstrijaka), irregolata mid-dritt proċedurali amministrattiv ġenerali, li d‑deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu annullati b’deċiżjonijiet amministrattivi iżda jistgħu jkunu suġġetti għal rikors quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (Qorti amministrattiva). Approċċ simili kien adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, fis-sentenza Österreichischer Rundfunk (C‑195/06, EU:C:2007:613, punti 20 sa 22). Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża Österreichischer Rundfunk (C‑195/06, EU:C:2007:303, punti 3234).

( 32 )   Skont il-Gvern Spanjol, abbozz ta’ liġi, diġà ppreżentat lill-pubbliku, jipprekludi din il-possibbiltà ta’ għażla. B’hekk, jekk dan l-abbozz jiġi approvat, ser ikun obbligatorju li l-ewwel jiġi ppreżentat rikors speċjali quddiem l-istanzi ta’ reviżjoni, bħat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic.

( 33 )   Skont il-Gvern Spanjol, ir-rikors huwa għalhekk fakultattiv biss għall-offerent iżda qatt ma huwa tali għall-awtorità kontraenti li ma tistax twarrab l-għażla tal-offerent. Madankollu dan l-element ma huwiex deċiżiv għaliex il-fatt li l-konvenuta (l‑awtorità kontraenti) għandha l-obbligu li taċċetta l-għażla ġudizzjarja tar‑rikorrent (l-offerent) huwa parti inerenti mill-ġurisdizzjoni [ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:246, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata)]. Mill-banda l-oħra, jidhirli li mill-fatt li l‑kontraenti jista’ jagħżel bejn ir-rikors speċjali quddiem il-korp tar-rinviju u r-rikors kontenzjuż amministrattiv, jirriżulta li l-għażla tiegħu torbot lilu kif ukoll lill‑amministrazzjoni għaliex ir-rikors isir obbligatorju għall-partijiet. Għalhekk jidhirli li dan ir-rikors huwa kkaratterizzat mil-lis alibi pendens, anki jekk dan ma ġiex ikkonstatat espressament fl-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-prinċipju ta’ lis alibi pendens huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-proċedura, li jipprovdi li rikors huwa inammissibbli meta rikors korrispondenti diġà ġie ppreżentat quddiem qorti oħra [sentenzi Franza vs Il-Parlament (358/85 u 51/86, EU:C:1988:431, punt 12); L-Italja vs Il-Kummissjoni (C‑138/03, C‑324/03 u C‑431/03, EU:C:2005:714, punt 64); kif ukoll Diputación Foral de Vizcaya et vs Il‑Kummissjoni (C‑465/09 P sa C‑470/09 P, EU:C:2011:372, punt 58); u l‑konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Belov (C‑394/11, EU:C:2012:585, punt 43)].

( 34 )   BOE Nru 276, tal-31 ta’ Ottubru 2007, p. 44436.

( 35 )   Sentenzi Epitropos tou Elegktikou Synedriou (C‑363/11, EU:C:2012:825, punt 21) u Belov (C‑394/11, EU:C:2013:48, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 36 )   Sentenza Belov (C‑394/11, EU:C:2013:48, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 37 )   C‑54/96, EU:C:1997:413.

( 38 )   Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Almelo (C‑393/92, EU:C:1994:171, punt 21) u l-konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Lenz fil-Kawża X (228/87, EU:C:1988:276, punt 6; it-terminu użat huwa l-“ġurisdizzjoni obbligatorja”); konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lenz fil-Kawża Handels- og Kontorfunktionærernes Forbund i Danmark (109/88, EU:C:1989:228, punt 17); kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon fil-Kawża Almelo (C‑393/92, EU:C:1994:42, punti 3032). Fis-sentenza Vaassen-Göbbels (61/65, EU:C:1966:39), il-persuni kkonċernati “kellhom jindirizzaw lill‑korp ta’ rinviju bħala istanza ġudizzjarja”. Fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Gand fil-Kawża Vaassen-Göbbels (61/65, EU:C:1966:25), kien użat it-terminu “istanza obbligatorja”. Ara, f’dan ir-rigward, ukoll, il-konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Léger fil-Kawża Mannesmann Anlagenbau Austria et (C‑44/96, EU:C:1997:402, punti 36, 37 u 40) kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

( 39 )   C‑54/96, EU:C:1997:413.

( 40 )   Il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-Kawża Mannesmann Anlagenbau Austria et (C‑44/96, EU:C:1997:402, punt 36) jinkludu interpretazzjoni simili ta’ dan il‑kriterju qabel is-sentenza Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413). Skont dawn il-konklużjonijiet, fost il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni hemm ir-“rikors obbligatorju għall-korp f’każ ta’ tilwima” kif ukoll il‑“ġurisdizzjoni tal-korp sabiex jiddeċiedi tilwima b’deċiżjoni ta’ natura obbligatorja”. Fis-sentenza Mannesmann Anlagenbau Austria et (C‑44/96, EU:C:1998:4), il-Qorti tal-Ġustizzja ma ttrattatx il-kwistjoni tal-ammissibbiltà iżda, fl-analiżi tad-domandi, hija kkunsidrat b’mod impliċitu l-korp tar-rinviju bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.

( 41 )   Sentenza Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punti 2829). Fis-sentenza Gabalfrisa et (C‑110/98 sa C‑147/98, EU:C:2000:145, punti 3536), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll dawn iż-żewġ aspetti tan-natura obbligatorja, li t-tnejn kienu ssodisfatti. Bl-istess mod, fis-sentenza Torresi (C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:2088, punt 20), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset bħala “obbligatorja” il‑ġurisdizzjoni ta’ istanza li l-ġurisdizzjoni tagħha kienet legalment prevista u ma kellhiex natura fakultattiva u li d-deċiżjonijiet tagħha kellhom saħħa eżekuttiva. Hawnhekk ukoll, iż-żewġ aspetti kienu ssodisfatti. Ara, f’dan ir-rigward, ukoll, is‑sentenza Almelo (C‑393/92, EU:C:1994:171, punt 21) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon fil-Kawża Almelo (C‑393/92, EU:C:1994:42, punti 3032); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Belov (C‑394/11, EU:C:2012:585, punt 47); kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil‑Kawża TDC (C‑222/13, EU:C:2014:1979, punt 31).

( 42 )   Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-Kawża Emanuel (C‑259/04, EU:C:2006:50, punt 29); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Belov (C‑394/11, EU:C:2012:585, punti 48 u 49); kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-Kawża Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:246, punt 40). Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset bħala qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru, fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE, il-korpi inkwistjoni fis-sentenzi Emanuel (C‑259/04, EU:C:2006:215) u Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754). Fis-sentenza Belov (C‑394/11, EU:C:2013:48, punt 54), il-kwistjoni tan-“natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni” tal-korp tar-rinviju ma kinitx eżaminata għaliex id-deċiżjonijiet tal-korp inkwistjoni ma kellhomx natura ġudizzjarja.

( 43 )   C‑259/04, EU:C:2006:215.

( 44 )   Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet kienu, fil-prinċipju, definittivi, bil-kundizzjoni li ma kinux, b’mod eċċezzjonali, suġġetti għal rikors ta’ stħarriġ tal-legalità (sentenza Emanuel, C‑259/04, EU:C:2006:215, punti 21 sa 25).

( 45 )   C‑377/13, EU:C:2014:1754.

( 46 )   Sentenza Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 29). Ara, ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar f’din il-kawża Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:246, punti 38 sa 40). Fis-sentenza Broekmeulen (246/80, EU:C:1981:218), il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat ukoll id‑domanda preliminari mressqa minn organu professjonali indipendenti minkejja li r‑rikorrenti kellu l-possibbiltà, b’mod alternattiv, li jersaq quddiem il-qrati ordinarji. Madankollu, għandu jiġi nnotat li dan ir-rimedju alternattiv qatt ma kien użat fil-prattika (ara l-punti 15 u 17 tas-sentenza). Barra minn hekk, fil-kawża li tat lok għas‑sentenza TDC (C‑222/13, EU:C:2014:2265), l-operatur ekonomiku kien, fit-teorija, liberu li jippreżenta rikors jew quddiem it-Teleklagenævnet, korp pubbliku permanenti li jsolvi t-tilwim, jew direttament quddiem il-qrati tad-dritt komuni. Skont l-Avukat Ġenerali Bot, din l-għażla ma tipprekludix ir-rikonoxximent li Teleklagenævnet għandha ġurisdizzjoni obbligatorja [konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-Kawża TDC (C‑222/13, EU:C:2014:1979, punti 3338)]. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma eżaminatx in-natura obbligatorja tal‑ġurisdizzjoni tagħha għaliex Teleklagenævnet ma kinitx tissodisfa l-kriterju ta’ indipendenza (punt 38 tas-sentenza).

( 47 )   Huwa minnu li, fid-digriet Emmeci (C‑427/13, EU:C:2014:2121, punti 28 sa 31), il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement ħadet inkunsiderazzjoni n-natura fakultattiva tar-rikors sabiex tikkonstata li l-korp tar-rinviju ma setax jitqies bħala qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Madankollu għandu jiġi enfasizzat li, f’din il-kawża, id-deċiżjonijiet tal-qorti tar-rinviju ma kellhomx saħħa vinkolanti. Għalhekk, il-ġurisdizzjoni tal-korp tar-rinviju ma kinitx obbligatorja fis-sens tal‑interpretazzjoni ppreżentata fis-sentenza Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413). F’dan ir-rigward, is-sitwazzjoni kienet l-istess bħal fil-kawża li tat lok għad-digriet Cafom u Samsung (C‑161/03, EU:C:2003:413, punti 1415).

( 48 )   Ara, f’dan ir-rigward, in-noti ta’ qiegħ il-paġna 41 u 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Madankollu, matul is-seduta l-Kummissjoni ddikjarat li interpretazzjoni a contrario ta’ din il-ġurisprudenza tista’ twassal għall-konklużjoni li huwa meħtieġ li r‑rimedju inkwistjoni huwa l-uniku rimedju raġonevoli. Skont il-Kummissjoni, għandu madankollu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest legali partikolari li fih il‑korp tar-rinviju għandu jagħmel talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal‑Ġustizzja [sentenza Belov (C‑394/11, EU:C:2013:48, punt 41)] sabiex tiġi evitata din l-interpretazzjoni. Fi kwalunkwe każ ma jidhirlix li interpretazzjoni a contrario f’dan ir-rigward hija possibbli, għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma kkonstatat li l-lista ta’ kriterji stabbilita mill-ġurisprudenza hija eżawrjenti. Għall‑kuntrarju, hija diġà ddeċidiet li n-natura kontradittorja tal-proċedura ma hijiex kriterju assolut (ara l-punt 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

( 49 )   Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 27), ikkonfermat li l-ġurisprudenza tagħha dwar it-tribunali ta’ arbitraġġ konvenzjonali hija marbuta ma’ dan il-kriterju.

( 50 )   Sentenzi Nordsee (102/81, EU:C:1982:107, punti 10 sa 12); Denuit u Cordenier (C‑125/04, EU:C:2005:69, punti 1316; kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata) u Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 27). Ara wkoll, id-digriet Merck Canada (C‑555/13, EU:C:2014:92, punt 17).

( 51 )   Sentenzi Handels- og Kontorfunktionærernes Forbund i Danmark (109/88, EU:C:1989:383, punti 7 sa 9) u Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punti 2829). Ara wkoll, id-digriet Merck Canada (C‑555/13, EU:C:2014:92, punti 1819).

( 52 )   Ara f’dan is-sens, is-sentenza Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 29).

( 53 )   Ara f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Belov (C‑394/11, EU:C:2012:585, punt 48). Għall-kuntrarju, jekk ir-rikors kontenzjuż amministrattiv jiġi ppreżentat biss wara d-deċiżjoni ta’ korp speċjali, bħat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic, il-problema ma tqumx peress li, f’dan l‑istadju, ir-rikors quddiem il-qrati amministrattivi ordinarji huwa mingħajr kontestazzjoni obbligatorju. Madankollu, għandu jiġi nnotat li, skont il-Gvern Spanjol, id-deċiżjonijiet tal-istanzi ta’ reviżjoni bħat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic huma rarament suġġetti għal rikors kontenzjuż amministrattiv, u d-deċiżjonijiet ta’ dawn l-istanzi huma għalhekk ħafna drabi definittivi.

( 54 )   Ma ninsewx li fil-qasam ċivili, qrati alternattivi jistgħu jikkoeżistu. Ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1), li jelenka diversi fora alternattivi fil-qasam ċivili.

( 55 )   Dwar l-ispeċjalizzazzjoni tal-qrati, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-Kawża Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:246, punt 50).

( 56 )   Skont l-Artikolu 26 tad-Digriet 221/2013, it-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic jista’ jistabbilixxi l-illegalità tad-deċiżjonijiet meħuda mill‑awtoritajiet kontraenti, u jekk ikun il-każ, jannullahom, kif ukoll jordna lill‑awtorità kontraenti tikkumpensa lill-persuna kkonċernata għad-danni u l-preġudizzji kkawżati. Dan il-korp għandu ġurisdizzjoni ratione materiae wkoll sabiex jiddeċiedi dwar l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji qabel il-preżentata ta’ rikors speċjali fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u sabiex isolvi l-kwistjonijiet ta’ nullità bbażati fuq il-każijiet partikolari ta’ nullità tal-kuntratti.

( 57 )   Infakkar li, skont il-Gvern Spanjol, dawn id-deċiżjonijiet huma rarament ikkontestati (ara l-punt 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

Top