Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0563

Kawża C-563/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2016 – Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Betfair Group plc, Betfair International Ltd, European Gaming and Betting Association (EGBA) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rikors għal annullament — ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Dritt għal azzjoni legali — Locus standi — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Att li jikkonċerna individwalment lir-rikorrenti — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni)

ĠU C 279, 1.8.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2016 – Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Betfair Group plc, Betfair International Ltd, European Gaming and Betting Association (EGBA)

(Kawża C-563/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għal annullament - ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Att li jikkonċerna individwalment lir-rikorrenti - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni))

(2016/C 279/03)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Appellant: Dansk Automat Brancheforening (rappreżentanti: K. Dyekjær, T. Høg u J. Flodgaard, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u M. P.-J. Loewenthal, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, aġent, assistiti minn R. Holdgaard, avukat), Betfair Group plc, Betfair International Ltd (rappreżentanti: A. Pliego Selie, O. Brouwer u M. Groothuismink, avukati), European Gaming and Betting Association (EGBA) (rappreżentanti: J. Heithecker, C.-D. Ehlermann u J. Ylinen, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Dansk Automat Brancheforening hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  GU C 46, 9.02.2015.


Top