EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0469

Kawża C-469/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Masterrind GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Regolament (KE) Nru 1/2005 — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Vjaġġi twal — Punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I — Ħinijiet ta’ vjaġġar u ta’ mistrieħ tal-annimali matul it-trasport — Trasport tal-annimali tal-ifrat — Kunċett ta’ ‘perijodu ta’ mistrieħ biżżejjed ta’ mill-inqas siegħa’ — Possibbiltà li t-trasport jiġi interrott diversi drabi — Artikolu 22 — Dewmien matul it-trasport — Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u (UE) Nru 817/2010 — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Rekwiżiti fil-qasam tal-benesseri tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport tagħhom — Regolament Nru 817/2010 — Artikolu 2(2) sa (4) — Veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ — Rapport u entrata fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ tal-annimali mit-territorju doganali tal-Unjoni fir-rigward tal-osservanza jew tan-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 — Riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli mwettqa — Artikolu 5(1)(ċ) — Natura vinkolanti jew le tal-imsemmija entrata fir-rigward tal-awtorità nazzjonali kompetenti għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni]

ĠU C 350, 26.9.2016, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 350/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Masterrind GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-469/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Vjaġġi twal - Punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I - Ħinijiet ta’ vjaġġar u ta’ mistrieħ tal-annimali matul it-trasport - Trasport tal-annimali tal-ifrat - Kunċett ta’ ‘perijodu ta’ mistrieħ biżżejjed ta’ mill-inqas siegħa’ - Possibbiltà li t-trasport jiġi interrott diversi drabi - Artikolu 22 - Dewmien matul it-trasport - Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u (UE) Nru 817/2010 - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Rekwiżiti fil-qasam tal-benesseri tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport tagħhom - Regolament Nru 817/2010 - Artikolu 2(2) sa (4) - Veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ - Rapport u entrata fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ tal-annimali mit-territorju doganali tal-Unjoni fir-rigward tal-osservanza jew tan-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 - Riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli mwettqa - Artikolu 5(1)(ċ) - Natura vinkolanti jew le tal-imsemmija entrata fir-rigward tal-awtorità nazzjonali kompetenti għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni])

(2016/C 350/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Masterrind GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Dispożittiv

1)

Il-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ trasport bit-triq ta’ annimali tal-ispeċi msemmija, b’mod partikolari tal-annimali tal-ifrat minbarra l-għoġġiela mhux miftuma, minn naħa, il-perijodu ta’ mistrieħ bejn il-perijodi ta’ vjaġġar jista’, bħala prinċipju, ikun ta’ iktar minn siegħa. Madankollu, dan il-perijodu, jekk jeċċedi siegħa, ma għandux jikkostitwixxi, fiċ-ċirkustanzi konkreti li fihom iseħħ dan il-mistrieħ u t-trasport fit-totalità tiegħu, riskju ta’ korriment jew ta’ tbatija mingħajr bżonn għall-annimali ttrasportati. Barra minn hekk, it-tul tal-vjaġġ u ta’ mistrieħ meħuda flimkien, kif previst fil-punt 1.4(d) ta’ dan il-kapitolu, ma għandux jeċċedi 29 siegħa, suġġett għall-possibbiltà li jiġi estiż b’sagħtejn fl-interess tal-annimali, konformement mal-punt 1.8 tal-imsemmi kapitolu, u bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament fil-każ ta’ ċirkustanzi mhux prevedibbli. Min-naħa l-oħra, il-perijodi ta’ vjaġġar ta’ massimu 14-il siegħa kull wieħed jistgħu jinkludu stadju wieħed jew iktar ta’ waqfien. Dawn l-istadji ta’ waqfien għandhom jiżdiedu mal-istadji ta’ vjaġġar għall-komputazzjoni tat-tul totali tal-perijodu ta’ vjaġġar ta’ massimu ta’ 14-il siegħa li jagħmlu parti minnu.

2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010, tas-16 ta’ Settembru 2010, li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ annimali tal-ifrat ma hijiex marbuta mill-entrata, magħmula mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea tal-annimali inkwistjoni, li d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 ma ġewx osservati fil-kuntest tat-trasport ta’ dawn l-annimali, f’parti minnhom jew fit-totalità tagħhom.


(1)  ĠU C 16, 19.1.2015.


Top