This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0443
Joined Cases C-443/14 and C-444/14: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 1 March 2016 (requests for preliminary rulings from the Bundesverwaltungsgericht — Germany) — Kreis Warendorf v Ibrahim Alo (C-443/14) and Amira Osso v Region Hannover (C-444/14) (Reference for a preliminary ruling — Convention relating to the Status of Refugees, signed in Geneva on 28 July 1951 — Articles 23 and 26 — Area of freedom, security and justice — Directive 2011/95/EU — Rules relating to the content of international protection — Subsidiary protection status — Article 29 — Social welfare — Conditions of access — Article 33 — Freedom of movement within the host Member State — Definition — Restriction — Obligation to reside in a particular place — Different treatment — Comparable situations — Balanced distribution of budgetary costs between local authorities — Grounds of migration or integration policy)
Kawżi magħquda C-443/14 u C-444/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo (C-443/14) u Amira Osso vs Region Hannover (C-444/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni dwar l - istatus tar - refuġjati ffirmata f’Genève fit - 28 ta’ Lulju 1951 — Artikoli 23 u 26 — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2011/95/UE — Standards dwar il-kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali — Status ta’ protezzjoni sussidjarja — Artikolu 29 — Għajnuna soċjali — Kundizzjonijiet għall-aċċess — Artikolu 33 — Moviment liberu fl-Istat Membru ospitanti — Kunċett — Restrizzjoni — Obbligu ta’ residenza f’post iddeterminat — Trattament differenti — Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Distribuzzjoni bbilanċjata tal-piżijiet baġitarji bejn il-kollettivitajiet amministrattivi — Motivi relatati mal-politika tal-immigrazzjoni u tal-integrazzjoni)
Kawżi magħquda C-443/14 u C-444/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo (C-443/14) u Amira Osso vs Region Hannover (C-444/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni dwar l - istatus tar - refuġjati ffirmata f’Genève fit - 28 ta’ Lulju 1951 — Artikoli 23 u 26 — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2011/95/UE — Standards dwar il-kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali — Status ta’ protezzjoni sussidjarja — Artikolu 29 — Għajnuna soċjali — Kundizzjonijiet għall-aċċess — Artikolu 33 — Moviment liberu fl-Istat Membru ospitanti — Kunċett — Restrizzjoni — Obbligu ta’ residenza f’post iddeterminat — Trattament differenti — Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Distribuzzjoni bbilanċjata tal-piżijiet baġitarji bejn il-kollettivitajiet amministrattivi — Motivi relatati mal-politika tal-immigrazzjoni u tal-integrazzjoni)
ĠU C 156, 2.5.2016, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo (C-443/14) u Amira Osso vs Region Hannover (C-444/14)
(Kawżi magħquda C-443/14 u C-444/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni dwar l - istatus tar - refuġjati ffirmata f’Genève fit - 28 ta’ Lulju 1951 - Artikoli 23 u 26 - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2011/95/UE - Standards dwar il-kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali - Status ta’ protezzjoni sussidjarja - Artikolu 29 - Għajnuna soċjali - Kundizzjonijiet għall-aċċess - Artikolu 33 - Moviment liberu fl-Istat Membru ospitanti - Kunċett - Restrizzjoni - Obbligu ta’ residenza f’post iddeterminat - Trattament differenti - Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet - Distribuzzjoni bbilanċjata tal-piżijiet baġitarji bejn il-kollettivitajiet amministrattivi - Motivi relatati mal-politika tal-immigrazzjoni u tal-integrazzjoni))
(2016/C 156/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kreis Warendorf (C-443/14), Amira Osso (C-444/14)
Konvenuti: Ibrahim Alo (C-443/14), Region Hannover (C-444/14)
Fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht (C-443/14 u C-444/14)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li obbligu ta’ residenza impost fuq benefiċjarju ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, jikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu ggarantit b’dan l-artikolu, anki jekk din il-miżura ma tipprojbixxix lil dan il-benefiċjarju milli jiċċaqlaq b’mod ħieles fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ta din il-protezzjoni u milli jirrisjedi temporanjament f’dan it-territorju barra mill-post indikat mill-obbligu ta’ residenza. |
2) |
L-Artikoli 29 u 33 tad-Direttiva 2011/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fuq benefiċjarju ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja li qed jirċievi ċerti benefiċċji soċjali speċifiċi, sabiex tinkiseb distribuzzjoni xierqa tal-piż li jirriżulta mill-għoti ta’ dawn il-benefiċċji bejn id-diversi istituzzjonijiet kompetenti f’dan il-qasam, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli ma tipprevedix l-impożizzjoni ta’ tali miżura fuq ir-refuġjati, fuq iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istat Membru kkonċernat għal-raġunijiet oħra għajr dawk umanitarji, politiċi jew taħt il-liġi internazzjonali u fuq iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru li jirċievu dawn il-benefiċċji. |
3) |
L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, għal benefiċjarju ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja li qed jirċievi servizzi soċjali speċifiċi, bil-għan li tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istat Membru li jkun ta din il-protezzjoni, fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli ma tipprovdix għall-impożizzjoni ta’ tali miżura għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz legalment residenti f’dan l-Istat Membru għal raġunijiet oħra għajr dawk umanitarji, politiċi jew taħt liġi internazzjonali li qed jirċievu dawn is-servizzi, jekk il-benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja ma jitqegħdux f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli fir-rigward ta’ dan il-għan, dik ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment fuq it-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għal raġunijiet oħra għajr dawk umanitarji, politiċi jew taħt il-liġi internazzjonali, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |