This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0428
Case C-428/14: Judgment of the Court (Second Chamber) of 20 January 2016 (request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato — Italy) — DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA v Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (Reference for a preliminary ruling — Competition policy — Article 101 TFEU — Regulation (EC) No 1/2003 — International freight forwarding sector — National competition authorities — Legal status of instruments of the European Competition Network — Model Leniency Programme of that network — Application for immunity submitted to the Commission — Summary application for immunity submitted to national competition authorities — Relationship between those two applications)
Kawża C-428/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del mercato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika tal-kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Regolament (KE) Nru 1/2203 — Settur tal-ispedizzjonijiet internazzjonali tal-merkanzija — Awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Valur legali tal-istrumenti tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni — Programm mudell ta’ dan in-netwerk fil-qasam tal-klemenza — Talba għall-immunità mressqa quddiem il-Kummissjoni — Talba sommarja għal immunità mressqa quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Rabta bejn dawn iż-żewġ talbiet)
Kawża C-428/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del mercato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika tal-kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Regolament (KE) Nru 1/2203 — Settur tal-ispedizzjonijiet internazzjonali tal-merkanzija — Awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Valur legali tal-istrumenti tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni — Programm mudell ta’ dan in-netwerk fil-qasam tal-klemenza — Talba għall-immunità mressqa quddiem il-Kummissjoni — Talba sommarja għal immunità mressqa quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Rabta bejn dawn iż-żewġ talbiet)
ĠU C 98, 14.3.2016, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del mercato
(Kawża C-428/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Regolament (KE) Nru 1/2203 - Settur tal-ispedizzjonijiet internazzjonali tal-merkanzija - Awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni - Valur legali tal-istrumenti tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni - Programm mudell ta’ dan in-netwerk fil-qasam tal-klemenza - Talba għall-immunità mressqa quddiem il-Kummissjoni - Talba sommarja għal immunità mressqa quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni - Rabta bejn dawn iż-żewġ talbiet))
(2016/C 098/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA
Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del mercato
fil-preżenza ta’: Schenker Italiana SpA, Agility Logistics Srl
Dispożittiv
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 101 TFUE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-istrumenti adottati fil-kuntest tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni, partikolarment il-programm mudell ta’ dan in-netwerk fil-qasam tal-klemenza, ma għandhomx effett vinkolanti fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment l-Artikolu 101 TFUE u r-Regolament Nru 1/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma hemm ebda rabta ġuridika bejn it-talba għall-immunità li impriża tkun ressqet jew tkun ser tressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea u t-talba sommarja mressqa quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-istess ftehim, li tobbliga lil din l-awtorità tevalwa t-talba sommarja fid-dawl tat-talba għall-immunità. Il-fatt li t-talba sommarja tirrifletti jew ma tirriflettix b’mod fidil il-kontenut tat-talba mressqa quddiem il-Kummissjoni huwa, f’dan ir-rigward, irrilevanti. Meta t-talba sommarja mressqa quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha kamp ta’ applikazzjoni materjali iktar ristrett minn dak tat-talba għall-immunità mressqa quddiem il-Kummissjoni, din l-awtorità nazzjonali ma hijiex obbligata li tikkuntattja lill-Kummissjoni jew lill-impriża stess, sabiex tistabbilixxi jekk din l-impriża kkonstatatx l-eżistenza ta’ eżempji konkreti ta’ aġir illegali fis-settur allegatament kopert minn dik it-talba għall-immunità, iżda li ma huwiex kopert minn din it-talba sommarja. |
3) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment l-Artikolu 101 TFUE u r-Regolament Nru 1/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni milli taċċetta, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, talba sommarja għall-immunità ta’ impriża li ma tkunx ressqet quddiem il-Kummissjoni, talba għall-immunità totali, iżda talba għat-tnaqqis tal-multi. |