Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0256

    Kawża C-256/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9, 73, 78, l-ewwel paragrafu, punt a), 79, l-ewwel paragrafu, punt c) — Valur taxxabbli — Inklużjoni tal-ammont tat-taxxi muniċipali ta’ okkupazzjoni ta’ taħt l-art imħallsa mill-kumpannija konċessjonarja tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass fil-valur taxxabbli tal-VAT applikabbli għas-servizz ipprovdut minn din il-kumpannija lill-kumpannija responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-gass]

    ĠU C 270, 17.8.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20150731012616642015/C 270/132562014CJC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL20150611121211

    Kawża C-256/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9, 73, 78, l-ewwel paragrafu, punt a), 79, l-ewwel paragrafu, punt c) — Valur taxxabbli — Inklużjoni tal-ammont tat-taxxi muniċipali ta’ okkupazzjoni ta’ taħt l-art imħallsa mill-kumpannija konċessjonarja tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass fil-valur taxxabbli tal-VAT applikabbli għas-servizz ipprovdut minn din il-kumpannija lill-kumpannija responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-gass]

    Top

    C2702015MT1210120150611MT0013121121

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-256/14) ( 1 )

    “[Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9, 73, 78, l-ewwel paragrafu, punt a), 79, l-ewwel paragrafu, punt c) — Valur taxxabbli — Inklużjoni tal-ammont tat-taxxi muniċipali ta’ okkupazzjoni ta’ taħt l-art imħallsa mill-kumpannija konċessjonarja tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass fil-valur taxxabbli tal-VAT applikabbli għas-servizz ipprovdut minn din il-kumpannija lill-kumpannija responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-gass]”

    2015/C 270/13Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Dispożittiv

    L-Artikoli 9(1), 73, il-punt a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78, u l-punt c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 79 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ammont ta’ taxxi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jitħallas lill-muniċipalitajiet mill-kumpannija konċessjonarja ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni tal-gass minħabba l-użu tal-qasam pubbliku tal-imsemmija muniċipalitajiet u li mbagħad jiġi mgħoddi minn din il-kumpannija fuq kumpannija oħra, responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-gass, imbagħad minn din tal-aħħar fuq il-konsumaturi finali, għandu jiġi inkluż fil-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għas-servizz ipprovdut mill-ewwel waħda fost dawn il-kumpanniji lit-tieni kumpannija skont l-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva


    ( 1 ) ĠU C 303, 8.9.2014.

    Top