Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0137

    Kawża C-137/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Artikolu 11 — Direttiva 2010/75/UE — Emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis) — Artikolu 25 — Aċċess għall-ġustizzja — Leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali mhux konformi)

    ĠU C 406, 7.12.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-137/14) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Artikolu 11 - Direttiva 2010/75/UE - Emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis) - Artikolu 25 - Aċċess għall-ġustizzja - Leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali mhux konformi))

    (2015/C 406/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u G. Wilms, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Meta llimitat:

    skont l-Artikolu 46 tal-liġi dwar il-proċedura amministrattiva (Verwaltungsverfahrensgesetz), l-annullament tad-deċiżjonijiet għal difetti proċedurali għall-assenza tal-evalwazzjoni jew tal-eżami minn qabel tal-effetti fuq l-ambjent u għall-każijiet li fihom ir-rikorrent stabbilixxa li d-difett proċedurali għandu rabta kawżali mar-riżultat tad-deċiżjoni;

    konformement mal-Artikolu 2(3) tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, u l-Artikolu 73(4) tal-liġi dwar il-proċedura amministrattiva, (Verwaltungsverfahrensgesetz), il-locus standi u l-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju għall-oġġezzjonijiet li diġà ġew prodotti matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni;

    skont l-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, fil-proċeduri li ġew istitwiti wara l-25 ta’ Ġunju 2005 u tterminati qabel it-12 ta’ Mejju 2011, il-locus standi tal-assoċjazzjonijiet ambjentali għad-dispożizzjonijiet tad-dritt li jikkonferixxu drittijiet lill-individwi;

    konformement mal-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, fil-proċeduri li ġew istitwiti wara l-25 ta’ Ġunju 2005 u tterminati qabel it-12 ta’ Mejju 2011, il-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ rikorsi ta’ assoċjazzjonijiet ambjentali, għad-dispożizzjonijiet tad-dritt li jikkonferixxu drittijiet lill-individwi; u

    meta eskludiet, konformement mal-Artikolu 5(1) u (4) tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent, previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, mill-kamp tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali l-proċeduri amministrattivi li ġew istitwiti qabel il-25 ta’ Ġunju 2005,

    ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha imposti fuqha mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, u mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


    Top