Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0098

    Kawża C-98/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Berlington Hungary Tanácsadó és Szolgáltató kft et vs Magyar Állam (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Taxxi nazzjonali fuq l-operat ta’ kaxxi tal-logħob installati fis-swali tal-logħob — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat tal-kaxxi tal-logħob barra mill-każinos — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Direttiva 98/34/KE — Obbligu li jiġu kkomunikati l-abbozzi ta’ regolamenti tekniċi lill-Kummissjoni — Responsabbiltà tal-Istat Membru għad-danni kkawżati minn leġiżlazzjoni li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni)

    ĠU C 270, 17.8.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20150731007616592015/C 270/11982014CJC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL20150611101121

    Kawża C-98/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Berlington Hungary Tanácsadó és Szolgáltató kft et vs Magyar Állam (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Taxxi nazzjonali fuq l-operat ta’ kaxxi tal-logħob installati fis-swali tal-logħob — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat tal-kaxxi tal-logħob barra mill-każinos — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Direttiva 98/34/KE — Obbligu li jiġu kkomunikati l-abbozzi ta’ regolamenti tekniċi lill-Kummissjoni — Responsabbiltà tal-Istat Membru għad-danni kkawżati minn leġiżlazzjoni li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni)

    Top

    C2702015MT1010120150611MT0011101112

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Berlington Hungary Tanácsadó és Szolgáltató kft et vs Magyar Állam

    (Kawża C-98/14) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Taxxi nazzjonali fuq l-operat ta’ kaxxi tal-logħob installati fis-swali tal-logħob — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat tal-kaxxi tal-logħob barra mill-każinos — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Direttiva 98/34/KE — Obbligu li jiġu kkomunikati l-abbozzi ta’ regolamenti tekniċi lill-Kummissjoni — Responsabbiltà tal-Istat Membru għad-danni kkawżati minn leġiżlazzjoni li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni)”

    2015/C 270/11Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Berlington Hungary Tanácsadó és Szolgáltató kft, Lixus Szerencsejáték Szervező kft, Lixus Projekt Szerencsejáték Szervező kft, Lixus Invest Szerencsejáték Szervező kft, Megapolis Terminal Szolgáltató kft

    Konvenut: Magyar Állam

    Dispożittiv

    1)

    Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, mingħajr ma tipprevedi perijodu ta’ tranżizzjoni, timmultiplika b’ħames darbiet l-ammont tat-taxxa fissa fuq l-operat tal-kaxxi tal-logħob fis-swali tal-logħob u, barra minn hekk, tistabbilixxi taxxa proporzjonali fuq din l-istess attività, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita bl-Artikolu 56 TFUE sa fejn din tkun ta’ natura li tipprojbixxi, li tfixkel jew li tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ operat tal-kaxxi tal-logħob fis-swali tal-logħob, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

    2)

    Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, mingħajr ma tipprevedi la perijodu ta’ tranżizzjoni u lanqas kumpens tal-operaturi ta’ swali tal-logħob, tipprojbixxi l-operat tal-kaxxi tal-logħob barra mill-każinos, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikolu 56 TFUE.

    3)

    Ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jistgħu jirriżultaw minn leġiżlazzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux ikunu ġġustifikati minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali ħlief sa fejn il-qorti nazzjonali tikkonkludi, fi tmiem ta’ evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi tal-adozzjoni u l-implementazzjoni ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet:

    li huma qabelxejn effettivament ifittxu għanijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra d-dipendenza fuq il-logħob u mal-ġlieda kontra l-attivitajiet kriminali u frawdolenti marbuta mal-logħob, bis-sempliċi ċirkustanza li restrizzjoni għall-attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard tibbenefika b’mod anċillari, permezz ta’ żieda tad-dħul fiskali, lill-baġit tal-Istat Membru kkonċernat ma xxekkilx milli din ir-restrizzjoni tkun tista’ titqies li tfittex qabelxejn effettivament tali għanijiet;

    li huma jfittxu dawn l-istess oġġettivi b’mod koerenti u sistematiku, u

    li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipji ġenerali ta’ dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kif ukoll tad-dritt għall-proprjetà.

    4)

    L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jkun interpretat fis-sens li:

    id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jimmultiplikaw b’ħamsa l-ammont ta’ taxxa fissa fuq l-operat tal-kaxxi tal-logħob fis-swali tal-logħob u li jistabbilixxu, barra minn hekk, taxxa proporzjonali fuq din l-istess attività, ma jikkostitwixxux “regolamenti tekniċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li

    id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jipprojbixxu l-operat tal-kaxxi tal-logħob barra mill-każinos jikkostitwixxu “regolamenti tekniċi” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom ikunu s-suġġett tad-dikjarazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva.

    5)

    L-Artikolu 56 TFUE għandu l-għan li jagħti drittijiet lill-individwi b’tali mod li l-ksur tiegħu minn Stat Membru, inkluż minħabba l-attività leġiżlattiva tiegħu, iwassal għal dritt għall-individwi li jiksbu, min-naħa ta’ dan l-Istat Membru, il-kumpens għad-dannu sostnut minħabba dan il-ksur, sakemm l-imsemmi ksur ikun suffiċjentement serju u sakemm tkun teżisti rabta kawżali diretta bejn dan l-istess ksur u d-dannu sostnut, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

    6)

    L-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 98/34, kif emendata bid-Direttiva 2006/96, ma għandhomx l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi, b’mod li l-ksur tagħhom minn Stat Membru ma jwassalx għal dritt għall-individwi li jiksbu, min-naħa ta’ dan l-Istat Membru, il-kumpens għad-dannu sostnut minħabba dan il-ksur abbażi tad-dritt tal-Unjoni.

    7)

    Il-fatt li leġiżlazzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkonċernaw qasam li jaqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri ma jaffettwax ir-risposti li għandhom jingħataw għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.


    ( 1 ) ĠU C 142, 12.5.2014.

    Top