Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0067

    Kawża C-67/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht – il-Ġermanja) – Jobcenter Berlin Neukölln vs Nazifa Alimanovic et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Ċittadinanza tal-Unjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24(2) — Benefiċċji tal-assistenza soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 4 u 70 — Benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus — Ċittadini ta’ Stat Membru li qegħdin ifittxu impjieg residenti fi Stat Membru ieħor — Esklużjoni — Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem)

    ĠU C 371, 9.11.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 371/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht – il-Ġermanja) – Jobcenter Berlin Neukölln vs Nazifa Alimanovic et

    (Kawża C-67/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24(2) - Benefiċċji tal-assistenza soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikoli 4 u 70 - Benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus - Ċittadini ta’ Stat Membru li qegħdin ifittxu impjieg residenti fi Stat Membru ieħor - Esklużjoni - Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem))

    (2015/C 371/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundessozialgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jobcenter Berlin Neukölln

    Konvenuti: Nazifa Alimanovic, Sonita Alimanovic, Valentina Alimanovic, Valentino Alimanovic

    Dispożittiv

    L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, tad-9 ta’ Diċembru 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi minn ċerti “benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus”, fis-sens tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 883/2004, u li jikkostitwixxu wkoll “assistenza soċjali” fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li jsibu ruħhom fis-sitwazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 14(4)(b) tal-imsemmija direttiva, minkejja li dawn il-benefiċċji jkunu ggarantiti liċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni.


    (1)  ĠU C 142, 12.5.2014


    Top