Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0033

    Kawża C-33/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ, Superga Invest vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Artikolu 263 TFUE — Ammissibbiltà — Għajnuna illegali u inkompatibbli — Obbligu ta’ rkupru — Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma testendix l-obbligu ta’ rkupru għax-xerrejja tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Interess ġuridiku — Rikors għad-danni u għall-irkupru tal-għajnuna quddiem il-qrati nazzjonali — Locus standi — Appellant li ma huwiex ikkonċernat individwalment)

    ĠU C 371, 9.11.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 371/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ, Superga Invest vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-33/14 P) (1)

    ((Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Għajnuna illegali u inkompatibbli - Obbligu ta’ rkupru - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma testendix l-obbligu ta’ rkupru għax-xerrejja tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni u għall-irkupru tal-għajnuna quddiem il-qrati nazzjonali - Locus standi - Appellant li ma huwiex ikkonċernat individwalment))

    (2015/C 371/09)

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ, Superga Invest (rappreżentanti: B. Vatier u F. Loubières, avuati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Mory et vs Il-Kummissjoni (T-545/12, EU:T:2013:607) huwa annullat.

    2)

    Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Mory SA, Mory Team u Superga Invest kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2401 finali, tal-4 ta’ April 2012, dwar ix-xiri tal-attiv tal-grupp Sernam fil-kuntest tal-amministrazzjoni kkontrollata tiegħu, huwa miċħud bħala inammissibbli.

    3)

    Mory SA, Mory Team, Superga Invest u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kemm dwar il-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-appell.


    (1)  ĠU C 102, 07.04.2014.


    Top