Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0714

    Kawża T-714/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Diċembru 2013 — Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)

    ĠU C 61, 1.3.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/17


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)

    (Kawża T-714/13)

    2014/C 61/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gold Crest LLC (Santa Barbara, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 2038/2012-2;

    tiddikjara li t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni hija eliġibbli għal reġistrazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark verbali “MIGHTY BRIGHT” għal prodotti u servizzi fil-klassi 11 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 853 141

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 65(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top