EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0693

Kawża T-693/13: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Diċembru 2013 — Mikhalchanka vs Il-Kunsill

ĠU C 93, 29.3.2014, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/25


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 — Mikhalchanka vs Il-Kunsill

(Kawża T-693/13)

2014/C 93/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tad-difiża, peress li l-proċedura kontradittorja minn qabel ma kinitx ġiet irrispettata mill-Kunsill.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, peress li l-motivazzjoni tal-atti ma tippermettix lir-rikorrent jikkontesta l-validità quddiem il-Qorti Ġenerali u lil din tal-aħħar li teżerċità l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tagħhom.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni, sa fejn l-att ikkontestat huwa nieqes minn kull ġustifikazzjoni fattwali.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda r-restrizzjoni tad-dħul u tal-passaġġ fi transitu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.


Top