Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0690

    Kawża T-690/13: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Diċembru 2013 – Invivo vs OLAF

    ĠU C 151, 19.5.2014, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/20


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 – Invivo vs OLAF

    (Kawża T-690/13)

    2014/C 151/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Invivo Ltd (Abinsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Huopalainen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tistħarreġ il-legalità tan-nuqqas tal-konvenut milli jieħu azzjoni fil-Każ OF/2013/0902 wara li dan intalab jieħu azzjoni mir-rikorrenti;

    tordna lill-konvenut sabiex jieħu azzjoni.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas li tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE, peress li l-interessi finanzjarji tal-UE huma involuti fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) 1073/1999 (1) meta l-aġenzija nazzjonali li tagħti l-għajnuna tirċievi l-parti l-kbira tal-fondi tagħha mill-UE u fejn min-naħa ta’ min allegatament abbuża hemm involuti entitajiet legali minn tal-inqas żewġ Stati Membri.


    (1)  Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjonali Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 91)


    Top