EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0683

Kawża T-683/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Diċembru 2013 — Brammer vs UASI — Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER)

ĠU C 61, 1.3.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/14


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Brammer vs UASI — Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER)

(Kawża T-683/13)

2014/C 61/24

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brammer GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Office Ernest T. Freylinger SA (Strassen, il-Lussemburgu)

Talbiet

Fid-dawl tal-fatt li l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-4 ta’ Lulju 2012, sa fejn din laqgħet ukoll l-oppożizzjoni għal servizzi fil-klassijiet 38 u 42,

tikkonstata li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) aġixxa b’mod żbaljat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1653/2012-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EUROMARKER” għal servizzi fil-klassijiet 38, 42 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 852 849

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Office Ernest T. Freylinger SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EURIMARK” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41, 42 u 45 — Trade mark Komunitarja Nru 5 850 111

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top