EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0681

Kawża T-681/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Diċembru 2013 — Colomer Italy vs UASI — Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)

ĠU C 78, 15.3.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/13


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Colomer Italy vs UASI — Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)

(Kawża T-681/13)

2014/C 78/26

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Colomer Italy SpA (Sala Bolognese, l-Italja) (rappreżentanti: M. Ricolfi, F. Tarocco u C. Mezzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Farmaca International SpA (Torino, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors, u tannulla konsegwentement id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-3 ta’ Ottubru 2013, innotifikata fis-17 ta’ Ottubru 2013, mogħtija fil-Każ R 1186/2012-1;

tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Farmaca International SpA għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “INTERCOSMO ESTRO”, sabiex tingħata din ir-reġistrazzjoni;

tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura favur ir-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Colomer Italy SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali INTERCOSMO ESTRO għall-prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Farmaca International SpA

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva mhux irreġistrata ESTRO għal prodotti “kosmetiċi tax-xagħar”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


Top