Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0674

    Kawża T-674/13: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Diċembru 2013 — Gugler France vs UASI — Gugler (GUGLER)

    ĠU C 61, 1.3.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/13


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2013 — Gugler France vs UASI — Gugler (GUGLER)

    (Kawża T-674/13)

    2014/C 61/23

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gugler France SA (Besançon, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 356/2012-4;

    tikkanċella t-trade mark ikkontestata;

    tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tal-aħħar tintervjeni, għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “GUGLER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17, 19, 22, 37, 39 u 42 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 324 902

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-motivi huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(b) u 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) u 53(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


    Top