Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0662

    Kawża T-662/13: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Diċembru 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — Diseños Mireia (D and M)

    ĠU C 61, 1.3.2014, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/12


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — Diseños Mireia (D and M)

    (Kawża T-662/13)

    2014/C 61/21

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diseños Mireia, SL (Barcelona, Spanja)

    Talbiet

    tannula d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1 u tikkanċella t-trade mark ikkontestata;

    alternattivament: tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1 u tirrinvija l-kawża;

    alternattivament: tannula d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tikkonsisti fl-ittri “D” u “M” għal prodotti fil-klassi 14 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 737 917

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 984 044 għat-trade mark “dm” għal prodotti fil-klassi 14

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


    Top