Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0640

    Kawża T-640/13: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Diċembru 2013 — Sto vs UASI — Fixit Trockenmörtel Holding (CRETEO)

    ĠU C 39, 8.2.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/24


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Sto vs UASI — Fixit Trockenmörtel Holding (CRETEO)

    (Kawża T-640/13)

    2014/C 39/43

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sto AG (Stühlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Kern u J. Sklepek, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fixit Trockenmörtel Holding AG (Baar, l-Isvizzera)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tirriforma d-Deċiżjoni R 905/2012-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-25 ta’ Settembru 2013, billi tilqa’ l-oppożizzjoni skont it-talbiet ifformulati quddiem il-Bord tal-Appell u billi tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 207 085;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Fixit Trockenmörtel Holding AG

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CRETEO” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 207 085

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Ġermaniżi “StoCretec” u “STOCRETE” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


    Top