Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0636

    Kawża T-636/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2013 — TrekStor vs UASI — MSI Technology (MovieStation)

    ĠU C 39, 8.2.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/24


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 — TrekStor vs UASI — MSI Technology (MovieStation)

    (Kawża T-636/13)

    2014/C 39/42

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: O. Spieker, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MSI Technology GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-27 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1914/2012-4), fis-sens li tiġi miċħuda t-talba tal-applikanti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja “MovieStation” tal-20 ta’ Ġunju 2011, u tikkundanna lill-applikanti għall-ispejjeż.

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “MovieStation” għal prodotti fil-klassi 9 ‒ Trade mark Komunitarja Nru 5 743 257

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: MSI Technology GmbH

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark ikkonċernata ddikjarata invalida

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top