Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0579

    Kawża T-579/13: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Novembru 2013 — Istituto Di Vigilanza Dell’Urbe vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/18


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2013 — Istituto Di Vigilanza Dell’Urbe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-579/13)

    2013/C 377/42

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Istituto Di Vigilanza Dell’Urbe SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Cianciullo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkonstata li l-offerta tal-offerenti magħżula Città di Roma Metronotte s.r.l ma hijiex konformi mar-regoli tas-sejħa għal offerti u b’mod partikolari mal-punt 5.2 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, li skontu l-offerti kien imisshom ġew imħejjija “skont id-dritt industrijali Ewropew u nazzjonali applikabbli fil-qasam ta’ trasferiment ta’ impriżi u, b’mod partikolari, skont id-Direttiva 2001/23/KE u skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponuha” b’attenzjoni partikolari għad-“dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ bdil tal-persuna li timpjega wara trasferiment bi ftehim ta’ impriża”;

    tikkonstata li l-offerta ppreżentata minn Città di Roma Metronotte s.r.l oġġettivament tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ kompetizzjoni, u għaldaqstant hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet li jinstabu fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li fil-premessa 41 tiegħu jippreċizza li “[l]-iskop tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet bl-aħjar mod possibbli u fl-istess ħin ikun garantit aċċess ugwali għall-kuntratti pubbliċi u jkun hemm konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u ta’ ebda diskriminazzjoni”;

    għalaqstant, tannulla l-attribuzzjoni tal-kuntratt lil Città di Roma Metronotte s.r. l u l-kuntratt eventwalment konkluż ma’ din l-impriż;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tikkumpensa d-dannu.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni ta’ attribuzzjoni adottata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fl-Italja, Nru ARES (2013) 2936015, tas-27 ta’ Awwissu 2013, li għandha bħala suġġett “PO/2013-11-SEC/ROM — Avviż ta’ sejħa għal offerti interistituzzjonali relatata ma’ servizzi ta’ għassa u ta’ akkoljenza fid-Dar tal-Unjoni Ewropea, Uffiċċji ta’ Ruma u ta’ Milano — Lot 1 RCE u UIPE f’Ruma”, u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.

    Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli tas-sejħa għal offerti u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    F’dan ir-rigward huwa sostnut, li r-regoli tas-sejħa għal offerti kienu jipprovdu li l-offerent magħżul għas-servizz kellu jipproċedi għaż-żamma tal-persunal, billi jirrekluta l-gwardji li jkunu ħadu ġurament impjegati mill-impriża preċedenti sabiex jaħdmu fl-istess sit. L-offerenti magħżula madankollu rrifjutat li żżomm il-persunal; u li

    billi impliċitament ikkonfermat l-attribuzzjoni, il-konvenuta wettqet ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li fuqu hija bbażata l-adozzjoni u l-applikazzjoni imparzjali ta’ regoli ta’ sejħa għal offerti ċari u uniformi għall-parteċipanti kollha.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (UE) Nru 1268/2012.

    F’dan ir-rigward huwa invokat, il-ksur tal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE li tiġi ggarantita l-ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti kif ukoll tal-prinċipji riflessi fid-Direttiva iċċitata iktar ’il fuq intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni, flimkien mal-osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-protezzjoni tax-xogħol; u li

    kien biss in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tas-sejħa għal offerti, tal-ftehim kollettiv u tal-prinċipji Komunitarji u nazzjonali li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-ħaddiema, li l-offerenti l-oħra osservaw, li ppermetta lill-offerenti magħżula tagħmel offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament.


    Top