Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0420

    Kawża T-420/13: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Awwissu 2013 — Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    Information about publishing Official Journal not found, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    Information about publishing Official Journal not found, p. 32–32 (HR)

    9.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 325/34


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2013 — Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    (Kawża T-420/13)

    2013/C 325/57

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. M. Gouazé, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2013 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni — dwar il-kuntratt 2013/S 047-075037, li eliminat lil A. L. Brouillard mil-lott ta’ traduzzjoni lejn il-Franċiż;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza.

    Motivi u argumenti prinċipali

    B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni li tistieden lill-kandidat ikkunsidrat bħala offerent fl-ambitu ta’ proċedura nnegozjata ta’ sejħa għal offerti intiża għall-konklużjoni ta’ kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Franċiż (ĠU 2013/S 47-075037) sabiex jissottometti offerta li fiha huwa kkonfermat li r-rikorrent ma huwiex ser jiġi impjegat fl-għoti tas-servizzi kkonċernati, peress li r-rikorrent ma għandux it-taħriġ ġuridiku sħiħ rikjest.

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtorità li adottat l-att ikkontestat.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-Direttivi 2000/78/KE (1) u 2005/36/KE (2), kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar il-kwalifiki universitarji u professjonali tar-rikorrent.


    (1)  Direttiva 2000/78/KE tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

    (2)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).


    Top