Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0398

    Kawża T-398/13: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Awwissu 2013 — TVR Automotive vs UASI — TVR Italia (TVR)

    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 18–18 (HR)

    21.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/24


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — TVR Automotive vs UASI — TVR Italia (TVR)

    (Kawża T-398/13)

    2013/C 274/40

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TVR Italia Srl (Milan, l-Italja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 823/2011-2;

    tiċħad l-appell ippreżentat minn TVR Italia Srl fl-14 ta’ April 2013 kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2011, B 313 248;

    tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut, l-UASI, u lil TVR Italia Srl, li interveniet fil-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: TVR Italia Srl

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “TVR ITALIA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 25 u 37 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 699 954

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja “TVR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11, 12, 25 u 41

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-prinċipji ta’ res iudicata u ta’ ne bis in idem kif ukoll tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top